6.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/20 |
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2014 – Birkenstock Sales vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ disinn ta’ superfiċje)
(Kawża T-579/14)
2014/C 351/25
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Birkenstock Sales GmbH (Vettelschoß, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Menebröcker und V. Töbelmann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta’ Mejju 2014 fil-Każ R 1952/2013-1; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tirrappreżenta disinn ta’ superfiċje għal prodotti fil-klassijiet 10, 18 u 25 – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 1 32 742
Deċiżjoni tal-eżaminatur: reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009