3.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/19


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2014 – ABZ Aardbeien Uit Zaad Holding et vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-560/14)

2014/C 388/23

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ABZ Aardbeien Uit Zaad Holding BV (Hoorn NH, il-Pajjiżi l-Baxxi); Agriom BV (Aalsmeer, il-Pajjiżi l-Baxxi); Agrisemen BV (Ellewoutsdijk, il-Pajjiżi l-Baxxi); Anthura BV (Bleiswijk, il-Pajjiżi l-Baxxi); Barenbrug Holding BV (Oosterhout, il-Pajjiżi l-Baxxi); De Bolster BV (Epe, il-Pajjiżi l-Baxxi); Evanthia BV (Hoek van Holland, il-Pajjiżi l-Baxxi); Gebr. Vletter & Den Haan VOF (Rijnsburg, il-Pajjiżi l-Baxxi); Hilverda Kooij BV (Aalsmeer, il-Pajjiżi l-Baxxi); Holland-Select BV (Andijk, il-Pajjiżi l-Baxxi); Könst Breeding BV (Nieuwveen, il-Pajjiżi l-Baxxi); Koninklijke Van Zanten BV (Hillegom, il-Pajjiżi l-Baxxi); Kweek- en Researchbedrijf Agirco BV (Emmeloord, il-Pajjiżi l-Baxxi); Kwekerij de Wester-Bouwing BV (Rossum, il-Pajjiżi l-Baxxi); Limgroup BV (Horst aan de Maas, il-Pajjiżi l-Baxxi); u Ontwikkelingsmaatschappij Het Idee BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)) (rappreżentanti: P. de Jong, P. Vlaemminck u B. Van Vooren, avukati)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew

Talbiet

tiddikjara li r-rikors għal annullament huwa ammissibbli;

tannulla r-Regolament (UE) Nru 511/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar miżuri ta’ konformità għall-utenti mill-Protokoll ta’ Nagoya dwar l-Aċċess għal Riżorsi Ġenetiċi u l-Qsim Ġust u Ekwu ta’ Benefiċċji li Jirriżultaw mill-Użu tagħhom fl-Unjoni Test b’relevanza għaż-ŻEE (ĠU L 150, p. 59); u

tikkundanna lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-559/14 Ackermann Saatzucht et vs Il-Parlament u Il-Kunsill.