6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/15


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2014 – Wm. Wrigley Jr. vs UASI (Extra)

(Kawża T-552/14)

2014/C 351/18

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Wm. Wrigley Jr. Company (Wilmington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Kinkeldey, S. Brandstätter u C. Schmitt, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-19 ta’ Mejju 2014 mogħtija fil-Każ R 199/2014-5.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “Extra” għal prodotti fil-klassijiet 3, 21 u 30 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 1 1 7 37  582.

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja.