22.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 329/22 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2014 – Laboratoire Nuxe vs UASI – NYX, Los Angeles (NYX)
(Kawża T-537/14)
2014/C 329/30
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Laboratoire Nuxe (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: M. Antoine-Lalance, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: NYX, Los Angeles Inc. (California, l-Istati Uniti)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tat-8 ta’ April 2014, fil-Każ R 1575/2013-5; |
— |
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: NYX, Los Angeles Inc.
Trade mark Komunitarja kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “NYX”, għal prodotti fil-klassi 3 – reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea Nru 1 1 0 52 316
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: trade mark verbali “NUXE”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3 u 44
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u oppożizzjoni miċħuda
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009