8.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/50


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2014 – bd breyton-design vs UASI (RACE GTP)

(Kawża T-520/14)

2014/C 303/59

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: bd breyton-design GmbH (Stockach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Raab u H. Lauf, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-27 ta’ Marzu 2014, fil-Każ R 1230/2013-1, fl-intier tagħha

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “RACE GTP” għal prodotti fil-klassi 12 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 1 0 18  918

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009 kif ukoll ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009