1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/57


Appell ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2014 minn Christodoulos Alexandrou mis-sentenza mogħtija fl-14 ta’ Mejju 2014 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-140/12, Alexandrou vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-516/14 P)

2014/C 292/70

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Christodoulos Alexandrou (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: R. Duta, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

b’riżerva għall-aggravji kollha fuq punti ta’ liġi u ta’ fatt u għall-provi kollha li jistgħu jiġu prodotti jew ipprovduti iktar ’il quddiem, taċċetta dan l-appell bħala ammissibbli proċeduralment u tiddikjarah iġġustifikat;

għaldaqstant, tirriforma jew inkella tannulla, minħabba r-raġunijiet imsemmija, is-sentenza appellata;

sa fejn ikun meħtieġ, tirrinvija l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sabiex titkompla u tiġi deċiża skont is-sentenza fuq dan l-appell;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellant jinvoka tliet aggravji.

1.

L-ewwel aggravju, ibbażat fuq il-fatt li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku rrifjuta li jevalwa l-argumenti tal-appellant ibbażati fuq ir-Regolament Nru 1049/2001 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu.

2.

It-tieni aggravju, ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tas-sentenza tad-29 ta’ Ġunju 2011, Angioi vs Il-Kummissjoni, F-7/07, ĠabraSP, EU:F:2011:97, sa fejn din hija ġurisprudenza restrittiva, skaduta u mhux adatta għall-kompetizzjonijiet organizzati mingħajr format bil-miktub.

Sussidjarjament, sa fejn jiġi deċiż li s-sentenza ċċitata iktar ’il fuq hija applikabbli, l-appellant jidhirlu li huwa jissodisfa l-kriterji ddefiniti minn din il-ġurisprudenza.

3.

It-tielet aggravju, ibbażat fuq nuqqas, mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, li juża l-Artikolu 44(2) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).