27.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/14 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ġunju 2014 – Ertico – Its Europe vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-499/14)
2014/C 380/19
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: European Road Transport Telematics Implementation Coordination Organisation – Intelligent Transport Systems & Services Europe (Ertico – Its Europe) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Wellinger and K. T’Syen, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Panil tal-Validazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-15 ta’ April 2014, li tikkunsidra li r-rikorrenti ma taqax fil-kategorija ta’ impriżi mikro, żgħar u medji, fis-sens tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE, tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ impriżi mikro, żgħar u medji (ĠU L 124, p. 36); u |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konklużjoni tal-Panil tal-Validazzjoni li r-rikorrenti ma taqax fil-kategorija ta’ impriża mikro, żgħira u medja, hija bbażata fuq qari manifestament żbaljat tal-Artikolu 3(4) tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE. |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li meta ddeċieda li r-rikorrenti ma taqax fil-kategorija ta’ impriża mikro, żgħira u medja u meta ta lill-Kummissjoni l-opportunità sabiex terġa’ tiġbor l-għotjiet tal-FP 7 li kienu ngħataw lir-rikorrenti fil-passat, il-Panil tal-Validazzjoni kiser il-prinċipji fundamentali tad-dritt Ewropew ta’ (a) amministrazzjoni tajba; (ii) ċertezza legali; u (iii) protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti. |
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Panil tal-Validazzjoni kiser id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti u kiser il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba peress li naqas milli jagħti l-opportunità lir-rikorrenti sabiex tesprimi l-fehma tagħha b’mod effiċjenti. |
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Panil tal-Validazzjoni naqas milli jwettaq l-obbligu tiegħu li jagħti motivazzjoni għad-deċiżjoni tiegħu. |