1.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 292/53 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2014 – Berry Investments vs Il-Kunsill
(Kawża T-496/14)
2014/C 292/65
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Berry Investments (Monrovia, il-Liberja) (rappreżentanti: V. Christianos u S. Paliou, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 4 36 357.19, bħala kumpens għad-danni kkawżati lir-rikorrent permezz tal-atti illegali mwettqa mill-konvenut, bl-interessi li jibdew jiddekorru mid-data meta r-rikorrent iċċaħħad illegalment id-depożiti tiegħu (29/03/2013) sad-data tal-għoti tas-sentenza f’din il-kawża u bl-interessi ta’ kull jum mill-għoti tas-sentenza f’din il-kawża sakemm isir il-ħlas sħiħ; |
— |
sussidjarjament, tikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrenti 4/5 tal-ammont imsemmi iktar ’il fuq, jiġifieri, is-somma ta’ EUR 3 49 085.75, bħala kumpens għad-danni kkawżati lir-rikorrent permezz tal-atti illegali tal-konvenut, bl-interessi li jibdew jiddekorru mid-data meta r-rikorrent iċċaħħad illegalment mid-depożiti tiegħu (29/03/2013) sad-data tal-għoti tad-deċiżjoni f’din il-kawża u bl-interessi ta’ kull jum mill-għoti tad-deċiżjoni f’din il-kawża sakemm isir il-ħlas sħiħ; |
— |
iktar sussidjarjament, tikkundanna lill-konvenut iħallas tali ammont li għandu jiġi ddeterminat mill-Qorti Ġenerali, lir-rikorrenti bħala kumpens għad-danni kkawżati lir-rikorrenti permezz tal-atti illegali mwettqa mill-konvenut; |
— |
tikkundnna lill-konvenut iħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 50 000, bħala kumpens għad-danni mhux materjali kkawżati lir-rikorrenti bil-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament; |
— |
tikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 50 000, bħala kumpens għad-danni mhux materjali kkawżati bil-ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u |
— |
tikkundanna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz ta’ din l-azzjoni, skont l-Artikolu 340(2) TFUE, ir-rikorrenti qegħdin jitolbu lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, li għandha ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 268 TFEU, tordna kumpens fir-rigward tad-danni li sofrew miħabba l-aġir illegali tal-konvenut.
Ir-rikorrenti jsostnu li d-danni ġew ikkawżati meta l-konvenut, billi aġixxa ultra vires u b’nuqqas ta’ osservanza tad-dritt sekondarju tal-UE u tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-UE, impona u, sussegwentement, ikkawża t-tnaqqis tad-depożiti bankarji tar-rikorrenti fis-Cyprus Popular Bank Public Co Ltd. (Laiki Τrapeza) u, fi kwalunkwe każ, ikkontribwixxa għal dan it-tnaqqis.
B’mod partikolari, ir-rikorrenti jsostnu li l-konvenut wettaq il-ksur tad-drittijiet fundamentali u tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-UE segwenti:
— |
l-ewwel nett, ksur tad-dritt tal-proprjetà; |
— |
it-tieni nett, ksur tal-prinċipju tal-ugwaljanza fit-trattament u |
— |
it-tielet nett, ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u tal-prinċipju taċ-ċertezza legali. |
— |
ir-rikorrent isostni li, kif jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita, il-kundizzjonijiet sabiex il-konvenut iħallashom kumpens għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tiegħu, huma sodisfatti. |