11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/52


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2014 – Monthisa Residencial vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-484/14)

2014/C 261/82

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Monthisa Residencial, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: F. de Artíñano Rodríguez de Torres u J. Martínez Muro, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn il-Kummissjoni kklassifikat fiha l-miżuri kollha li, skont din, jikkostitwixxu s-sistema ġdida Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat, u inkompatibbli mas-suq intern;

sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata, li jidentifikaw lill-investituri fil-gruppi b’interess ekonomiku bħala benefiċjarji ta’ din l-allegata għajnuna u bħala l-uniċi benefiċjarji tal-ordni ta’ irkupru;

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jordna l-irkupru tal-allegata għajnuna bi ksur tal-prinċipji ġenerali tal-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess bħal fil-Kawża T-700/13, Bankia vs Il-Kummissjoni.

Tqajjem, b’mod partikolari, il-ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE u tal-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea tal-aspettattivi leġittimi.