11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/51


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2014 – Banco de Caja España de Inversiones, Salamanca y Soria vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-482/14)

2014/C 261/80

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Banco de Caja España de Inversiones, Salamanca y Soria, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. L. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero, A. Lamadrid de Pablo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn fiha l-Kummissjoni tikklassifika l-miżuri kollha li skontha jikkostitwixxu l-hekk imsejħa Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni bħala għajnuna mill-Istat ġdida u inkompatibbli mas-suq intern;

sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata, li jidentifikaw lill-investituri fil-GIE bħala l-benefiċjarji tal-allegata għajnuna u bħala l-uniċi suġġetti għall-obbligu ta’ rkupru;

sussidjarjament tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn dan jordna l-irkupru tal-allegata għajnuna;

tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jiddeċiedi dwar il-legalità tal-kuntratti privati bejn l-investituri u entitajiet oħra, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk diġà invokati fil-Kawża T-700/13, Bankia vs Il-Kummissjoni.