|
6.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/10 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ġunju 2014 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs EIT
(Kawża T-481/14)
2014/C 351/12
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Ettelbrück, il-Lussemburgu) u Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: E. Siouti u M. Sfyri, avukati)
Konvenut: L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut ta’ għoti fir-rigward ta’ sejħa għal offerti kkomunikata lir-rikorrenti fl-ittra tiegħu tal-11 ta’ April 2014 u d-deċiżjonijiet sussegwenti relatati kollha tal-konvenut, inkluża d-deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lill-offerent li ntgħażel (li ma ġietx ikkomunikata lir-rikorrenti); |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tad-Direttur tal-EIT tal-25 ta’ April 2014, li tirrifjuta li tiżvela informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-Kumitat ta’ Evalwazzjoni; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut jikkumpensa lir-rikorrenti d-danni inkorsi minħabba t-telf ta’ opportunità milli jingħataw il-kuntratt fil-kuntest tas-sejħa għal offerti, li jlaħħaq l-ammont ta’ EUR 1 58 430,40; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż legali tar-rikorrenti u spejjeż oħra tagħhom inkorsi relatati ma’ dan ir-rikors. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenut ħawwad il-kriterji ta’ selezzjoni u ta’ għoti u għalhekk kiser l-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju (1) u l-Artikolu 149 tar-Regolament ta’ Delega (2). |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikoli 105 u 113 tar-Regolament Finanzjarju u tal-Artikolu 138 tar-Regolament ta’ Delega peress li l-konvenut uża kriterji mhux magħrufa, li ma kinux inklużi fl-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għal offerti, meta evalwa l-offerti u kiser l-obbligu tiegħu li jindika l-kriterji tal-għażla u l-piż relattiv tagħhom jew, fejn xieraq, l-ordni li tonqos skont l-importanza. Ir-rikorrenti jsostnu wkoll li l-konvenut ibbaża fuq sistema diskreta u mhux kontinwa ta’ kif jagħti l-marki, li kkawżat distorsjonijiet u żbalji fl-evalwazzjoni. |
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenut wettaq varji żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikoli 2(3) u 8 tar-Regolament Nru 1049/2001 (3) billi rrifjuta li jiżvela l-kompożizzjoni tal-Kumitat ta’ Evalwazzjoni, li kien jippermetti lir-rikorrenti jivverifikaw l-assenza ta’ kunflitt ta’ interessi. |
(1) Regolament (UE, EURATOM) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, p. 1).
(2) Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012, tad-29 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, p. 1).
(3) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).