11.8.2014
|
MT
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
|
C 261/42
|
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2014 – Pirelli & C. vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-455/14)
2014/C 261/68
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Pirelli & C. SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: M. Siragusa, F. Moretti, G. Rizza u P. Ferrari, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
Prinċipalment
—
|
tannulla d-deċiżjoni sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti, u speċifikament: l-Artikolu 1(5)(d) tagħha; l-Artikolu 2(g) tagħha; u l-Artikolu 4 tagħha, b’mod limitat għall-inklużjoni tar-rikorrenti fil-lista tad-destinatarji tal-miżura;
|
|
|
sussidjarjament
—
|
tipprovdi beneficium ordinis seu excussionis favur ir-rikorrenti;
f’każ li jkun hemm deċiżjoni favorevoli għal Prysmian fil-kawża separata mressqa mill-imsemmija kumpannija b’rikors għal annullament tad-deċiżjoni
|
—
|
tannulla d-deċiżjoni jew tbiddel l-Artikolu 2(g) tagħha, billi tnaqqas il-multa imposta in solidum fuq Prysmian u fuq ir-rikorrenti;
|
|
|
fi kwalunkwe każ
—
|
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
|
|
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors qed jitressaq kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-2 ta’ April 2014, C(2014) 2139 finali, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39610 – Kejbils tal-elettriku).
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.
1.
|
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni
—
|
Permezz tal-ewwel motiv, Pirelli issostni li, fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni, l-argumenti ddettaljati dwar in-nuqqas ta’ applikabbiltà tal-Parental Liability Presumption (“PLP”) għar-relazzjoni Pirelli-Prysmian ma ġewx diskussi, u lanqas sar riferiment għalihom. Id-deċiżjoni hija għaldaqstant ivvizjata minn difett assolut ta’ motivazzjoni u għandha tiġi annullata.
|
|
2.
|
It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ġenerali u tad-drittijiet fundamentali permezz tal-applikazzjoni tal-preżunzjoni tal-influwenza determinanti
—
|
Permezz tat-tieni motiv, ir-rikorrenti tallega li d-deċiżjoni kisret id-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti protetti mill-Artikoli 48 u 49 tal-Karta ta’ Nizza [tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni] u l-Artikoli 6(2) u 7(1) tal-Konvenzjoni [Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali]. Barra minn hekk, l-attribuzzjoni ta’ responsabbiltà lil Pirelli tikkostitwixxi ksur tad-dritt ta’ proprjetà (Artikolu 1 tal-Protokoll Addizzjonali tal-Konvenzjoni u l-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni, kif ukoll l-Artikoli 17 u 21 tal-Karta ta’ Nizza) u jirriżulta f’nuqqas ta’ konformità mal-prinċipju ta’ newtralità stabbilit fl-Artikolu 345 TFUE. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni wettqet ksur ċar tad-dritt ta’ difiża ta’ Pirelli, stabbilit fl-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni u tal-Artikolu 48(2) tal-Karta ta’ Nizza, peress li r-rikorrenti ma setgħetx tiddefendi ruħha fir-rigward tal-ksur ikkontestat, minħabba li ma kellha ebda prova utli sabiex tikkonfuta l-allegazzjonijiet imressqa minn Prysmian.
|
|
3.
|
It-tielet motiv huwa bbażat fuq in-nuqqas ta’ applikabbiltà tal-parental liability presumption fin-nuqqas tal-kundizzjonijiet li jiġġustifikaw il-ksur tal-Artikolu 101 TFUE
—
|
Permezz tat-tielet motiv, ir-rikorrenti tallega li l-Kummissjoni applikat b’mod żbaljat il-PLP f’dan il-każ, bi ksur tal-Artikolu 101 TFUE, peress li ma ħaditx inkunsiderazzjoni adegwatament il-karatteristiċi partikolari tar-rapport ta’ evalwazzjoni Pirelli-Prysmian.
|
|
4.
|
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità
—
|
Permezz tar-raba’ motiv, ir-rikorrenti jallega li l-applikazzjoni tal-PLP f’dan il-każ tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit fl-Artikolu 5(4) TUE, peress li ma hijiex imfassla sabiex twettaq l-ebda wieħed mill-għanijiet li huma intiżi bl-użu tagħha mill-Kummissjoni. Għaldaqstant, ma kien ebda raġuni li tiġi estiża r-responsabbiltà ta’ Prysmian għal Pirelli wkoll.
|
|
5.
|
Il-ħames motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament minħabba fl-applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ ħlas in solidum għal Pirelli u Prysmian fir-rigward tal-obbligu tal-ħlas ta’ multa imposta mill-Kummissjoni u, sussidjarjament, u għan-nuqqas ta’ aġġustament xieraq għal dan il-prinċipju.
—
|
Permezz tal-ħames motiv, ir-rikorrenti tallega li l-impożizzjoni, fuq Pirelli, ta’ responsabbiltà in solidum ma’ Prysmian mhux biss ma tiksibx iżda saħansitra hija kunfliġġenti mal-għanijiet li l-Kummissjoni tixtieq twettaq fil-qasam tas-sanzjonijiet. Sussidjarjament, sabiex tittieħed inkunsiderazzjoni r-responsabbiltà distinta rrikonoxxuta lil Prysmian u Pirelli, il-Kummissjoni kellha għall-inqas tipprovdi beneficium ordinis seu excussionis favur Pirelli. Fl-aħħar nett, billi naqset li tirrifletti adegwatament il-pożizzjoni differenti tar-rikorrenti u dik ta’ Prysmian, il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità u dak ta’ ugwaljanza fit-trattament. Id-deċiżjoni għandha tiġi annullata sa fejn tikkonċerna l-multa jew, sussidjarjament, tiġi rriformata mill-qorti li quddiemha tressqet il-kawża, fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, u għandha tipprovdi beneficium ordinis seu excussionis favur Pirelli.
|
|
6.
|
Is-sitt motiv huwa bbażat fuq l-illegalità tad-deċiżjoni minħabba ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikoli 2 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, sa fejn tikkonċerna lil Prysmian
—
|
Permezz tas-sitt motiv, ir-rikorrenti targumenta favur id-dritt tagħha li tibbenefika minn annullament eventwali (parzjali jew totali) tad-deċiżjoni jew fi kwalunkwe każ ta’ tnaqqis tal-multa miksuba minn Prysmian fl-azzjoni tagħha kontra d-deċiżjoni. Dawn l-argumenti mressqa f’dik l-azzjoni, esklużi dawk kontra r-rikorrenti, qed jitressqu f’dan ir-rikors.
|
|