4.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/61


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2014 – Aprovechamientos Energéticos JG vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-443/14)

2014/C 253/83

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Aprovechamientos Energéticos JG, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: A. López Gómez, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni sa fejn tikklassifika d-diversi miżuri fiskali li skont din id-deċiżjoni jikkostitwixxu l-hekk imsejħa Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni bħala għajnuna mill-Istat ġdida u inkompatibbli mas-suq intern;

sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata, li jidentifikaw lill-entitajiet investituri fil-gruppi b’interess ekonomiku bħala benefiċjarji uniċi ta’ din l-allegata għajnuna u, għalhekk, bħala l-uniċi suġġetti għall-obbligu ta’ rkupru;

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jordna l-irkupru tal-allegata għajnuna bi ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni;

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jiddeċiedi dwar il-legalità tal-kuntratti privati konklużi bejn l-investituri u entitajiet oħra, kompletament jew b’mod li jillimita n-nuqqas ta’ konsegwenzi għall-profittabbiltà tat-tranżazzjonijiet, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess bħal dawk invokati fil-Kawża T-401/14, Duro Felguera SA vs Il-Kummissjoni.