|
15.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 315/66 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2014 – Best-Lock (Europe) vs UASI – Lego Juris (forma ta’ figurina tal-logħob)
(Kawża T-396/14)
2014/C 315/110
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Best-Lock (Europe) Ltd (Colne, ir-Renju Unit) (rappreżentant: J. Becker, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lego Juris A/S (Billund, id-Danimarka)
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-26 ta’ Marzu 2014 fil-Każ R 1696/2013-4 u tiddikjara t-trade mark Komunitarja Nru 50 450 invalida fir-rigward tal-klassi 28; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark tridimensjonali fil-forma ta’ figurina tal-logħob għal prodotti fil-klassijiet 9, 25 u 28 – Trade mark Komunitarja Nru 50 450
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Lego Juris A/S
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: raġuni assoluta ta’ invalidità
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 52 ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 7(1)(e)(i) u (ii) tar-Regolament Nru 207/2009