28.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/27


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2014 – Salama vs Il-Kunsill

(Kawża T-378/14)

2014/C 245/37

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Abla Mohammed Fawzi Ali Ahmed Salama (il-Kajr, l-Eġittu) (rappreżentanti: J.-F. Bellis, R. Luff, A. Bailleux, Q. Declève, P. Vovan, S. Rowe u A. Yehia, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla d-Deċiżjoni 2014/153, sa fejn din tipproroga, sat-22 ta’ Marzu 2015, il-miżuri restrittivi kontra r-rikorrenti li jinsabu fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-375/14, Al Naggar vs Il-Kunsill.