4.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 253/46 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2014 – Secolux vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-363/14)
2014/C 253/61
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Secolux, Association pour le contrôle de la sécurité de la construction (Capellen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: N. Prüm-Carré, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjonijiet tal-1 u tal-14 ta’ April 2014 meħuda mis-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea li jirrifjutaw li jingħata aċċess għad-dokumenti kollha dwar il-proċedura ta’ għoti tal-kuntratt Nru 02/2013/01L “Kontrolli ta’ sigurtà” għal-lot 1 u b’mod partikolari għall-offerta tal-offerent magħżul, għall-iskeda tal-prezzijiet u għar-rapport ta’ evalwazzjoni ta’ din l-offerta kif ukoll għall-kuntratt ta’ servizz konkluż mal-parti li ngħatat il-kuntratt. |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq assenza ta’ tweġiba għat-talba ta’ komunikazzjoni tad-dokumenti kollha dwar il-proċedura ta’ għoti tal-kuntratt, sa fejn ġew imwieġba biss it-talbiet ta’ aċċess fir-rigward tar-rapport ta’ evalwazzjoni, l-offerta tal-offerent magħżul, l-iskeda tal-prezzijiet u l-kuntratt ta’ servizzi konkluż mal-offerent magħżul. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001 (1).
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq assenza ta’ motivazzjoni reali tad-deċiżjonijiet meħuda. |
(1) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).