11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/31


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2014 – REWE-Zentral vs UASI – Vicente Gandia Pla (MY PLANET)

(Kawża T-362/14)

2014/C 261/55

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: REWE-Zentral AG (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Kinkeldey, S. Brandstätter u A. Wagner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vicente Gandia Pla, SA (Chiva, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-6 ta’ Marzu 2014, fil-Każ R 201/2013-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “MY PLANET” għal prodotti fil-klassijiet 25, 32 u 33 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 5 66  515

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Vicente Gandia Pla, SA

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “EL MIRACLE PLANET” għal prodotti fil-klassijiet 25, 32 u 33

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 41(1) tar-Regolament Nru 207/2009