4.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 253/42 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2014 – CareAbout vs UASI – Florido Rodríquez (Kerashot)
(Kawża T-356/14)
2014/C 253/56
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: CareAbout GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Mes, C. Graf von der Groeben, G. Rother, J. Bühling, A. Verhauwen, J. Künzel, D. Jestaedt, M. Bergermann, J. Vogtmeier u A. Kramer, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: José Luis Florido Rodríquez (Sevilla, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-24 ta’ Marzu 2014 fil-Każ R 1569/2013-4 dwar il-punti 1., 2. U 4; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż sostnuti fil-kuntest tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja inklużi l-ispejjeż tal-proċedimenti tal-oppożizzjoni |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali Kerashot għal prodotti fil-klassijiet 1, 3 u 21 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 1 0 6 69 571
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: José Luis Florido Rodríquez
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva nazzjonali li tinkludi l-elementi verbali “K KERASOL” għal prodotti fil-klassi 3
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni parzjalment annullata u l-oppożizzjoni parzjalment milqugħa
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.