28.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/24


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2014 – Rezon OOD vs UASI – mobile.international GmbH (mobile.de proMotor)

(Kawża T-337/14)

2014/C 245/32

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrenti: Rezon OOD (Sofia, il-Bulgarija) (rappreżentanti: P. Kanchev u T. Ignatova, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: mobile.international GmbH (Dreilinden, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-19 ta’ Frar 2014, mogħtija fil-Każ R 950/2013-1,

tilqa’ t-talbiet li r-rikorrenti ressqet quddiem id-diviżjonijiet u l-bordijiet tal-UASI,

tilqa’ t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità mressqa mir-rikorrenti fil-konfront tat-trade mark Komunitarja “mobile.international GmbH” fl-intier tagħha,

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż,

tawtorizza n-nomina ta’ esperti għar-redazzjoni ta’ perizja dwar il-kwistjonijiet relatati mal-provi fil-kuntest tar-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “mobile.international GmbH”, għal servizzi fil-klassijiet 35, 38, 41 u 42 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Komunitarja Nru 4 8 96  643.

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: raġuni relattiva ta’ invalidità bbażata fuq l-Artikolu 53(1) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: applikazzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 78(1)(f) tar-Regolament Nru 207/2009, moqri flimkien mal-Artikolu 76 ta’ dan l-istess regolament u mar-Regola 22(3) tar-Regolament Nru 2868/95; ksur tal-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009; kunflitt, meta jittieħed inkunsiderazzjoni t-tkabbir tal-Unjoni, bejn it-trade mark Komunitarja rreġistrata wara dan it-tkabbir u trade mark nazzjonali rreġistrata qabel dan it-tkabbir.