21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/28 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2014 – Compagnie des fromages & Richesmonts vs UASI Grupo Lactalis Iberia (Rappreżentazzjoni ta’ skakkiera ħamra u bajda)
(Kawża T-327/14)
2014/C 235/38
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Compagnie des fromages & Richesmonts (Puteaux, Franza) (rappreżentanti: T. Mollet-Vieville u T. Cuche, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Grupo Lactalis Iberia, SA (Madrid, Spanja)
Talbiet
— |
tikkonstata li t-trade mark Komunitarja Nru 6 0 59 687 hija valida sabiex tkopri l-ġobon; |
— |
konsegwentement, tannulla fl-intier tagħha d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, tat-3 ta’ Marzu 2014, sa fejn tiddikjara invalida t-trade mark Komunitarja Nru 6 0 59 687; |
— |
sussidjarjament, tannulla fl-intier tagħha d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, tat-3 ta’ Marzu 2014, sa fejn tiddikjara invalida t-trade mark Komunitarja Nru 6 0 59 687 sabiex tkopri l-ġobon; |
— |
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: trade mark figurattiva li tirrappreżenta skakkiera ħamra u bajda, għal prodotti u servizzi fil-klassi 29 – Trade mark Komunitarja Nru 6 0 59 687
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Grupo Lactalis Iberia, SA
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: motivi assoluti previsti mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009, flimkien mal-Artikolu 7(1)(b), (ċ) u (d) tar-Regolament Nru 207/2009
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark ikkonċernata
Motivi invokati: il-Bord tal-Appell wettaq żbalji ta’ fatt u ta’ liġi (ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 207/2009; ksur tal-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009).