7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/37


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2014 – Hipp vs UASI – Nestlé Nutrition (Praebiotik)

(Kawża T-315/14)

2014/C 212/48

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Hipp & Co. (Sachseln, l-Isvizzera) (rappreżentanti: M. Kinkeldey, A. Wagner u S. Brandstätter, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nestlé Nutrition GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-26 ta’ Frar 2014 fil-Każijiet R 1171/2012-4 u R 1326/2012-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: it-trade mark verbali “Praebiotik” għal prodotti fil-klassijiet 5, 29 u 32 – Trade mark Komunitarja Nru 3 83  919

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: Nestlé Nutrition GmbH

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal kanċellazzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni appellata parzjalment annullata u, konsegwentement, it-trade mark ikkontestata ġiet kompletament ikkanċellata. Appell ta’ Hipp & Co. miċħud.

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 51(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 78 tar-Regolament Nru 207/2009.