21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/22 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ April 2014 – Meica vs UASI – Salumificio Fratelli Beretta (MINIMINI)
(Kawża T-247/14)
2014/C 235/30
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG (Edewecht, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Labesius, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Salumificio Fratelli Beretta SpA (Barzanò, l-Italja)
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-14 ta’ Frar 2014 mogħtija fil-Każ R 1159/2013-4; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “STICK MINIMINI Fratelli Beretta 1812 GLI ORIGINALI” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 29 u 43 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 0 0 67 031
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “Mini Wini” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 29 u 38 – Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 3 2 97 835
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja