7.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 212/35 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ April 2014 – EGBA u RGA vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-238/14)
2014/C 212/45
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: European Gaming and Betting Association (EGBA) (Brussell, il-Belġju) u The Remote Gambling Association (RGA) (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Brankin, Solicitor, T. De Meese, E. Wijckmans u M. Mudrony, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ġunju 2013 dwar l-għajnuna mill-Istat Nru SA.30753 (C 34/10) (ex N 140/10) li Franza biħsiebha timplimenta għall-Kumpaniji tat-Tiġrijiet taż-Żwiemel (ĠU L 14, 18.01.2014, p. 17); u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tar-rikorrenti fil-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata tikser rekwiżiti proċedurali essenzjali li jinsabu fi jew li joħorġu mill-Artikolu 108 (2), il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u l-Artikoli 41 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 107(3)(c) TFUE u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba peress li:
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq li allegatament il-Kummissjoni, f’diversi punti tal-miżuri kkontesatata, ma tatx ir-raġunijiet tagħha b’mod xieraq. |