|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/21 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ April 2014 – Intesa Sanpaolo vs UASI (NEXTCARD)
(Kawża T-233/14)
2014/C 235/28
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Intesa Sanpaolo SpA (Torino, l-Italja) (rappreżentanti: P. Pozzi, G. Ghisletti u F. Braga, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-10 ta’ Frar 2014, fil-Każ R 1807/2013-5; |
|
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali NEXTCARD għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 36 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 1 3 79 931
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni parzjalment miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009