6.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/9 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2014 – CW vs Il-Kunsill
(Kawża T-224/14)
2014/C 351/11
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: CW (Pariġi, Franza) (rappreżentant: A. Tekari, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/409/PESK, tat- 30 ta’ Lulju 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija sa fejn tirrigwarda r-rikorrent; |
— |
tiddeċiedi li bħala konsegwenza tal-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, ir-rikorrent jitqies li qatt ma tniżżel fil-lista ta’ persuni koperti mill-iffriżar ta’ fondi u li ebda att jew deċiżjoni tal-Kunsill ma jista jsemmi ismu bħala s-suġġett ta’ miżuri għal iffriżar ta’ fondi; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jħallas is-somma ta’ EUR 1 00 000 bħala kumpens għad-dannu morali u materjali mġarrab mir-rikorrent; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mir-rikorrent li għandhom jiġu ffissati b’mod ekwu, fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-partijiet u tal-ammont ta’ xogħol li jirriżulta mill-ġestjoni ta’ tali każ. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ bażi legali tad-Deċiżjoni 2014/49/PESK (1), sa fejn din hija bbażat fuq motiv differenti minn dak previst fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2011/72/PESK (2) u sa fejn, fi kwalunke każ, id-Deċiżjoni 2011/72/PESK, li tikkostitwixxi l-bażi legali tagħha, ma tkun konformi mad-dritt Ewropew li jirregola s-sanzjonijiet immirati. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt ta’ proprjetà, sa fejn il-miżuri restrittivi imposti fuq ir-rikorrent, jikkostitwixxu restrizzjoni inġustifikata tad-dritt ta’ proprjetà tagħha. |
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/49/PESK, tat-30 ta’ Jannar 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28, p. 38)
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK, tal-31 ta’ Jannar 2011, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28, p. 62).