10.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 175/51 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ April 2014 – Deluxe Laboratories vs UASI (deluxe)
(Kawża T-222/14)
2014/C 175/70
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Deluxe Laboratories, Inc. (Burbank, l-Istati Uniti) (rappreżentant: S. Serrat Viñas, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-22 ta’ Jannar 2014 fil-Każ R 1250/2013-2; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “deluxe” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 37, 39, 40, 41, 42 u 45 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 253 044
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
— |
ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
ksur tal-prinċipju ta’ aspettativi leġittimi, tad-drittijiet miksuba u tal-legalità tal-atti Komunitarji. |