30.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/23


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2014 – Ben Ali vs Il-Kunsill

(Kawża T-200/14)

2014/C 202/30

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mehdi Ben Tijani Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen Ben Ali (Saint-Étienne-du-Rouvray, Franza) (rappreżentant: A. de Saint Remy, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tadotta miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura skont l-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, intiża għall-iżvelar mill-Kummissjoni “tad-dokumenti kollha relatati mal-adozzjoni” tar-regolament ikkontestat;

tannulla minn naħa d-Deċiżjoni tal-Kunsill [tal-Unjoni Ewropea (KUE) Nru] 2014/49/PESK, tat-30 ta’ Jannar 2014, li temenda d-Deċiżjoni [Nru] 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija u, min-naħa l-oħra, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill [tal-Unjoni Ewropea] ([K]UE) Nru 81/2014, tat-30 ta’ Jannar 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jħallas lir-rikorrent somma globali ta’ EUR 1 00  000 bħala kumpens għad-danni kollha differenti li huwa sofra;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jħallas lir-rikorrent somma ta’ EUR 30  000 għall-ispejjeż tad-difiża tiegħu insostenn ta’ dan ir-rikors u, minbarra dan, skont l-Artikolu 91 tar-Regoli tal-Proċedura, għall-ispejjeż sostnuti li jistgħu jinġabru,;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-301/11, Ben Ali vs Il-Kunsill (1).


(1)  ĠU 2011, C 226, p. 29.