12.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 142/51 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2014 – Friedrich Wilhelms-Hütte Eisenguss vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-178/14)
2014/C 142/65
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Friedrich Wilhelms-Hütte Eisenguss GmbH (Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Höfler, C. Kahle u V. Winkler, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta li tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) TFUE, ippubblikata bi stedina sabiex jitressqu kummenti (ĠU 2014, C 37, p. 73) fil-proċedura Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) – Il-Ġermanja, sostenn għal elettriku rinnovabbli u soprataxxa-EEG imnaqqsa għal utenti intensivi tal-enerġija; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1. |
Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali
|
2. |
Ksur tat-Trattati
|
3. |
Kompatibbiltà mas-suq komuni
|