12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/45


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2014 – PRS Mediterranean vs UASI – Reynolds Presto Products (NEOWEB)

(Kawża T-166/14)

2014/C 142/58

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: PRS Mediterranean Ltd (Tel Aviv, l-Iżrael) (rappreżentanti: A. Späth u V. Töbelmann, aukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Reynolds Presto Products, Inc. (Richmond, l-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-28 ta’ Novembru 2013 mogħtija fil-Każijiet magħquda R 889/2012-2 u R 635/2012-2;

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “NEOWEB” għal prodotti fil-klassi 19 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6 184 568

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: diversi trade marks nazzjonali tat-trade mark verbali “GEOWEB” għal prodotti fil-klassijiet 1, 17 u 19 u t-trade mark mhux irreġistrata “GEOWEB” użata fil-kummerċ fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b), 8(3), 8(4) u 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.