12.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 142/40 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2014 – Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-134/14)
2014/C 142/53
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze, J. Möller, u T. Lübbig, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla, skont l-Artikolu 264 TFUE, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-18 ta’ Diċembru 2013, fil-proċedura Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN) – il-Ġermanja, sostenn għal elettriku rinnovabbli u soprataxxa-EEG imnaqqsa għal utenti intensivi tal-enerġija, C (2013) 4424 finali; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 (1) u tal-Artikolu 108(2) TFUE Hawnhekk ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali mingħajr ma ssodisfat l-obbligu speċjali tagħha ta’ diliġenza li tistabbilixxi l-fatti kompletament. Kieku l-Kummissjoni kienet stabbilixxiet il-fatti bid-diliġenza meħtieġa, ma kienx ikun hemm raġuni sabiex tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-evalwazzjoni tal-fatti Fit-tieni motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni injorat il-fatti li huma l-bażi ta’ dan il-każ, jiġiferi l-funzjonament tal-liġi dwar il-prijorità tas-sorsi tal-enerġija li jiġġeddu, b’mod partikolari s-sistema tal-flussi finanzjarji prevista taħt din il-liġi. Minbarra dan, il-Kummissjoni ma rrikonoxxietx ir-rwol “tal-Istat” bħala leġiżlatur u bħala korp b’responsabbiltà għall-awtoritajiet ta’ superviżjoni u ddeduċiet b’mod żbaljat minn dan sitwazzjoni ta’ kontroll. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li ma ġewx ipprivileġġati utenti intensivi tal-enerġija permezz ta’ skema speċjali ta’ kumpens Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta applikat l-Artikolu 107(1) TFUE billi aċċettat, bi ksur tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali, li l-impriżi b’konsum għoli ta’ enerġija huma pprivileġġati. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li ngħatax vantaġġ permezz ta’ riżorsi tal-Istat Hawnhekk ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wkoll wettqet żball ta’ liġi billi applikat l-Artikolu 107(1) TFUE sa fejn aċċettat li awtoritajiet pubbliċi kellhom kontroll fuq l-assi ta’ diversi kumpanniji privati li jipparteċipaw fl-iskema tal-liġi għall-prijorità tas-sorsi tal-enerġija li jiġġeddu. |
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq interpretazjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikoli 30 u 110 TFUE Bil-ħames motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ proċedura amministrattiva regolari u l-prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi meta rrevediet il-liġi għall-prijorità tas-sorsi tal-enerġija li jiġġeddu skont l-Artikoli 30 u 110 TFUE, minkejja li ilha taf bil-metodu li bih din il-liġi tiffunzjona għal iktar minn għaxar snin. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tiżbalja wkoll fil-liġi billi tapplika l-Artikoli 30 u 110 TFUE għaliex la teżisti tassazzjoni fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u lanqas sitwazzjoni ta’ diskriminazzjoni. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 83, p. 1).