26.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 159/27 |
Appell ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2014 minn Carlos Andres u 150 appellant ieħor mis-sentenza mogħtija fil-11 ta’ Diċembru 2013 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-15/10, Andreas et vs BĊE
(Kawża T-129/14 P)
2014/C 159/38
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Carlos Andres (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) u 150 appellant ieħor (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Appellat: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)
Talbiet tal-appellanti
— |
tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tal-11 ta’ Diċembru 2013 fil-Kawża F-15/10; |
— |
konsegwentement, tilqa’ t-talbiet imressqa mill-appellanti fl-ewwel istanza u, għaldaqstant,
|
— |
tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż kollha taż-żewġ istanzi. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jinvokaw tmien aggravji.
1. |
L-ewwel aggravju, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 6.8 tal-Anness III tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg, ksur tal-prinċipji ta’ legalità u ta’ ċertezza legali u ksur tal-Artikolu 35(1)(e) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. |
2. |
It-tieni aggravju, ibbażat fuq ksur tal-kompetenzi tal-Kumitat ta’ Sorveljanza, ksur tal-Anness III tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg u tal-mandat tal-Kumitat ta’ Sorveljanza, u ksur tal-prinċipju ta’ bona fides. |
3. |
It-tielet aggravju, ibbażat fuq ksur tad-dritt ta’ konsultazzjoni tal-Kumitat tal-Persunal u tal-Kumitat ta’ Sorveljanza, ksur tal-prinċipju ta’ bona fides, ksur tal-Artikoli 45 u 46 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg, ksur tal-Protokoll ta’ ftehim dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Bord Eżekuttiv u l-Kumitat tal-Persunal tal-BĊE, ksur tal-Anness III tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg u tal-mandat tal-Kumitat ta’ Sorveljanza, u żnaturament tal-proċess. |
4. |
Ir-raba’ aggravju, ibbażat fuq ksur tal-Artiolu 6.3 tal-pjan tal-pensjoni, ksur tal-istħarriġ tal-motivi tad-deċiżjoni tal-4 ta’ Mejju 2009, żnaturament tal-proċess u ksur tal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba. |
5. |
Il-ħames aggravju, ibbażat fuq ksur tal-istħarriġ tal-iżball manifest ta’ evalwazzjoni u żnaturament tal-proċess. |
6. |
Is-sitt aggravju, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, żnaturament tal-proċess u ksur tal-provi. |
7. |
Is-seba’ aggravju, ibbażat fuq nuqqas ta’ osservanza tan-natura differenti ta’ relazzjoni ta’ impjieg kuntrattwali u relazzjoni ta’ impjieg irregolata minn regolamenti tal-persunal, ksur tal-kundizzjonijiet fundamentali tar-relazzjoni ta’ impjieg u ksur tad-Direttiva 91/533 (1). |
8. |
It-tmien aggravju, ibbażat fuq ksur tad-drittijiet kweżiti. |
(1) Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE, tal-14 ta’ Ottubru 1991, dwar l-obbligazzjoni ta’ min iħaddem li jgħarraf lill-ħaddiema bil-kondizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt jew għar-relazzjoni tal-impjieg (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 3).