|
5.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 135/46 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2014 – EE Ltd vs UASI (rappreżentazzjoni ta’ tikek bojod fuq sfond griż)
(Kawża T-77/14)
(2014/C 135/58)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: EE Ltd (Hatfield, ir-Renju Unit) (rappreżentant: P. Brownlow, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-24 ta’ Ottubru 2013, fil-Każ R 704/2013-1. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva b’rappreżentazzjoni ta’ tikek bojod fuq sfond griż għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 9, 16, 25, 35-39, 41, 42 u 45 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 388 386
Deċiżjoni tal-eżaminatur: it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni ma hijiex idonea sabiex tiġi rreġistrata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.