|
8.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 71/27 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2014 — HTTS u Bateni vs Il-Kunsill
(Kawża T-45/14)
(2014/C 71/50)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping GmbH (Hamburg, il-Ġermanja); u Naser Bateni (Hamburg) (rappreżentanti: M. Schlingmann und F. Lautenschlager, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
L-ewwel rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/661/PESK, tal-15 ta’ Novembru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, sa fejn tikkonċernaha, |
|
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1154/2013, tal-15 ta’ Novembru 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, sa fejn jikkonċernaha, |
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-proċedura, b’mod partikolari għal dawk sostnuti mill-ewwel rikorrenti. |
It-tieni rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/661/PESK, tal-15 ta’ Novembru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, sa fejn tikkonċernaha, |
|
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1154/2013, tal-15 ta’ Novembru 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, sa fejn jikkonċernaha, |
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-proċedura, b’mod partikolari għal dawk sostnuti mit-tieni rikorrent. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.
|
(1) |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-illegalità u l-inapplikabbiltà tal-verżjoni emendata tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK u tar-Regolament (UE) Nru 267/2012 (1) skont l-Artikolu 277 TFUE
|
|
(2) |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u tal-obbligu ta’ motivazzjoni
|
|
(3) |
It-tielet motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ bażi tal-inklużjoni tar-rikorrenti fil-listi ta’ sanzjonijiet
|
|
(4) |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt tal-proprjetà, tad-dritt tal-libertà ta’ intrapriża, tad-dritt tar-rispett għall-ħajja tal-familja kif ukoll tal-prinċipju ta’ proporzjonalità
|
(1) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1).