Kawżi magħquda T‑828/14 u T‑829/14

Antrax It Srl

vs

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

“Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinni Komunitarji rreġistrati li jirrappreżentaw termosifuni għal radjaturi – Disinni preċedenti – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Artikolu 1 quinquies tar-Regolament (KE) Nru 216/96 – Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali – Prinċipju ta’ imparzjalità – Kompożizzjoni tal-Bord tal-Appell – Raġuni għal invalidità – Assenza ta’ karattru individwali – Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 – Eżekuzzjoni mill-EUIPO ta’ sentenza ta’ annullament ta’ deċiżjoni tal-Bordijiet tal-Appell tiegħu – Saturazzjoni tal-eċċellenza – Data ta’ evalwazzjoni”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Frar 2017

  1. Proċedura ġudizzjarja – Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża – Kundizzjonijiet – Estensjoni ta’ motiv eżistenti u li jippreżenta rabta mill-qrib miegħu

    (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 84(1))

  2. Disinni Komunitarji – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Rikors għal annullament – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Natura inċidentali – Ammissibbiltà

    (Artikolu 263 TFUE u 277 TFUE; Regolament (KE) Nru 6/2002, Artikolu 61(2))

  3. Disinni Komunitarji – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Bordijiet tal-Appell – Klassifikazzjoni bħala amministrazzjoni tal-Uffiċċju – Dritt tal-partijiet għal “smigħ” xieraq – Assenza

    (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(1); Regolament (KE) Nru 216/96, Artikolu 1 quinquies)

  4. Disinni Komunitarji – Raġunijiet għal invalidità – Assenza ta’ karattru individwali – Disinn li ma jagħtix lill-utent avżat impressjoni globali differenti minn dik mogħtija mid-disinn preċedenti – Evalwazzjoni globali tal-provi kollha ppreżentati għad-disinn preċedenti

    (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikolu 6(1) u (2))

  5. Disinni Komunitarji – Raġunijiet għal invalidità – Assenza ta’ karattru individwali – Disinn li ma jagħtix lill-utent avżat impressjoni globali differenti minn dik mogħtija mid-disinn preċedenti – Saturazzjoni tal-eċċellenza – Rilevanza

    (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikolu 6(1) u (2))

  6. Disinni Komunitarji – Raġunijiet għal invalidità – Assenza ta’ karattru individwali – Disinn li ma jagħtix lill-utent avżat impressjoni globali differenti minn dik mogħtija mid-disinn preċedenti – Utent avżat – Kunċett

    (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikoli 6(1) u 25(1)(b))

  7. Disinni Komunitarji – Raġunijiet għal invalidità – Assenza ta’ karattru individwali – Disinn li ma jagħtix lill-utent avżat impressjoni globali differenti minn dik mogħtija mid-disinn preċedenti – Saturazzjoni tal-eċċellenza – Data ta’ evalwazzjoni

    (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikolu 6(1))

  8. Disinni Komunitarji – Dispożizzjonijiet proċedurali – Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet

    (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 62)

  9. Disinni Komunitarji – Dispożizzjonijiet proċedurali – Eżami ex officio tal-fatti – Dmir ta’ diliġenza – Azzjoni għal nullità – Eżami limitat għall-motivi – Teħid inkunsiderazzjoni tal-fatti magħrufa

    (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikolu 63(1))

  10. Disinni Komunitarji – Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ legalità – Neċessità ta’ eżami strett u komplet f’kull każ speċifiku

    (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 24)

  2.  Il-fatt li r-Regolament Nru 6/2002 dwar id-disinji Komunitarji ma jsemmix espressament l-eċċezzjoni ta’ illegalità bħala rimedju ta’ dritt inċidentali li l-partijiet fil-kawża jistgħu jużaw quddiem il-Qorti Ġenerali meta jitolbu l-annullament jew ir-riforma ta’ deċiżjoni ta’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea ma jipprekludix lil dawn il-partijiet fil-kawża milli jqajmu tali eċċezzjoni fil-kuntest ta’ tali rikors. Dan id-dritt jirriżulta mill-prinċipju ġenerali li l-Artikolu 277 TFUE jiżgura d-dritt ta’ kull parti li tikkontesta, bil-għan li tikseb l-annullament ta’ deċiżjoni li direttament u individwalment tikkonċernaha, il-validità ta’ atti istituzzjonali preċedenti, li jikkostitwixxu l-bażi legali tad-deċiżjoni kkontestata, jekk din il-parti ma kellhiex id-dritt li tippreżenta, skont l-Artikolu 263 TFUE, rikors dirett kontra dawn l-atti, li hija għalhekk tbati l-konsegwenzi mingħajr ma tkun f’pożizzjoni li titlob l-annullament tagħhom.

    (ara l-punt 31)

  3.  Għandu jitfakkar li l-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea ma għandiex natura ġudizzjarja iżda natura amministrattiva. Issa, diġà ġie deċiż li ebda regola ta’ dritt u l-ebda prinċipju ma jipprekludi li amministrazzjoni tafda f’idejn l-istess uffiċjali l-eżami mill-ġdid ta’ kawża li tkun saret sabiex tiġi eżegwita sentenza li tannulla deċiżjoni, u li ma jistax jiġi stabbilit bħala prinċipju ġenerali li jirriżulta mill-obbligu ta’ imparzjalità li istanza amministrattiva jew ġudizzjarja għandha l-obbligu li tirrinvija l-kawża lil awtorità oħra jew korp ieħor ikkostitwit minn din l-awtorità. Għalhekk, ir-rinviju mill-Presidju, konformement mal-Artikolu 1 quinquies tar-Regolament Nru 216/96, li jistipula r-regoli tal proċedura tal-Bordijiet tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern (Trade Marks u Disinji), ta’ każ wara annullament lill-istess Bord tal-Appell li kien iddeċieda preċedentement, mingħajr obbligu li dan il-Bord tal-Appell jiġi kompost b’mod differenti, ma jiksirx l-obbligu ta’ imparzjalità tal-amministrazzjoni fis-sens tal-Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

    (ara l-punti 38-40)

  4.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 53, 54)

  5.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 55)

  6.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 56)

  7.  Huwa fid-data tal-preżentata tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tad-disinn ikkontestat li għandu, konformement mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 6/2002, dwar id-disinji Komunitarji, jiġi eżaminat il-karattru individwali tad-disinn ikkontestat u tiġi stabbilita l-eventwali eżistenza ta’ saturazzjoni tal-eċċellenza.

    (ara l-punt 63)

  8.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 74, 82)

  9.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 90, 91)

  10.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 93)