Kawża T‑787/14 P

Il-Bank Ċentrali Ewropew

vs

Maria Concetta Cerafogli

“Appell — Servizz pubbliku — Persunal tal-BĊE — Aċċess għal dokumenti — Dokumenti relatati mal-kontenzjuż bejn il-partijiet fl-istanza — Rifjut parzjali ta’ aċċess — Regola ta’ konkordanza bejn ir-rikors u l-ilment — Eċċezzjoni ta’ illegalità”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Awla tal-Appell) tas‑27 ta’ Ottubru 2016

  1. Rikorsi tal-uffiċjaliMembri tal-persunal tal-Bank Ċentrali EwropewIlment amministrattiv li għandu jitressaq qabelKonkordanza bejn l-ilment u r-rikorsIdentiċità tas-suġġett u tal-kawżaMotivi u argumenti li ma jidhrux fl-ilment, iżda li huma relatati strettament miegħuAmmissibbiltàBidla fil-bażi legali ta’ kontestazzjoniKundizzjoni mhux suffiċjenti biex jiġi konkluż li r-raġuni tagħha hija ta’ natura ġdida

    (Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 90(2) u 91; Kondizzjonijiet tal-impjieg tal-persunal tal-Bank Ċentrali Ewropew, Artikolu 42; Regoli applikabbli għall-persunal tal-Bank Ċentrali Ewropew, Artikolu 8.1)

  2. Eċċezzjoni ta’ illegalitàPortataAtti li l-illegalità tagħhom tista’ tiġi eċċepitaAtt ta’ natura ġenerali li fuqu hija bbażata d-deċiżjoni kkontestataĦtieġa ta’ rabta legali bejn l-att ikkontestat u l-att ġenerali kkontestatEffett tal-illegalità ta’ att ta’ portata ġenerali

    (Artikolu 277 TFUE)

  3. Rikorsi tal-uffiċjaliIlment amministrattiv li għandu jitressaq qabelKonkordanza bejn l-ilment u r-rikorsIdentiċità tas-suġġett u tal-kawżaEċċezzjoni ta’ illegalità mqajma għall-ewwel darba fil-kuntest tar-rikorsAmmissibbiltà

    (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 91; Kondizzjonijiet tal-impjieg tal-persunal tal-Bank Ċentrali Ewropew, Artikolu 42; Regoli applikabbli għall-persunal tal-Bank Ċentrali Ewropew, Artikolu 8.1)

  4. Dritt tal-Unjoni EwropeaPrinċipjiDrittijiet tad-difiżaApplikazzjoni għal kull proċedura miftuħa fir-rigward ta’ persuna u li tista’ twassal għal att li jikkawża preġudizzju lil din tal-aħħarPrinċipju li għandu jiġi żgurat anki fl-assenza ta’ kwalunkwe leġiżlazzjoni li tirregola l-proċedura inkwistjoniPortata

  1.  Bħall-Artikolu 91(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, l-Artikolu 42 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-Artikolu 8.1 tar-Regoli applikabbli għall-persunal tal-Bank Ċentrali Ewropew jipprevedu li membru tal-persunal jista’ jippreżenta rikors biss wara eżawriment tal-proċedura prekontenzjuża li, fir-rigward tal-persunal tal-Bank, tinkludi żewġ stadji, jiġifieri talba għal eżami prekontenzjuż u wara lment li għandu jitressaq qabel.

    Il-legalità tal-att definittiv li jikkawża preġudizzju lir-rikorrenti hija evalwata fid-dawl tal-punti ta’ fatt u ta’ liġi li l-istituzzjoni kienet tiddisponi minnhom fil-mument tal-adozzjoni, espliċita jew impliċita, ta’ din ir-risposta, bla ħsara għall-possibbiltà, għall-istituzzjoni li tagħti informazzjoni supplimentari matul il-fażi kontenzjuża. Ir-regola ta’ konkordanza bejn l-ilment u r-rikors sussegwenti tirrikjedi, taħt piena ta’ inammissibbiltà, li lment imqajjem quddiem il-qorti tal-Unjoni jkun diġà tqajjem fil-kuntest tal-proċedura prekontenzjuża, sabiex l-Awtorità tal-Ħatra tkun f’pożizzjoni li tkun taf b’mod preċiż biżżejjed il-kritiki li l-parti kkonċernata se tagħmel kontra d-deċiżjoni kkontestata.

    Fir-rikorsi ta’ uffiċjali, it-talbiet ippreżentati quddiem il-qorti tal-Unjoni jistgħu jinkludu biss kapijiet ta’ kontestazzjoni bbażati fuq l-istess raġuni bħal dik li huma bbażati fuqha l-kapijiet ta’ kontestazzjoni invokati fl-ilment, u jkun ippreċiżat li dawn il-kapijiet ta’ kontestazzjoni jistgħu jiġu żviluppati, quddiem il-qorti tal-Unjoni, billi jiġu ppreżentati motivi u argumenti li ma humiex neċessarjament fl-ilment, iżda li huma relatati mill-qrib magħhom.

    Madankollu, minn naħa, peress li l-proċedura prekontenzjuża għandha natura informali u li b’mod ġenerali l-persuni interessati jaġixxu f’dan l-istadju mingħajr l-użu ta’ avukat, l-amministrazzjoni ma għandhiex tinterpreta l-ilmenti b’mod restrittiv, iżda għandha, kuntrarjament, teżaminahom b’mod wiesgħa. Min-naħa l-oħra, li l-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll id-dispożizzjonijiet relatati tal-kundizzjonijiet tal-impjieg u l-Artikolu 8.1 tar-regoli applikabbli għall-persunal, ma għandhomx l-għan li jorbtu, b’mod rigoruż u definittiv, il-fażi kontenzjuża eventwali, peress li r-rikors kontenzjuż la jemenda r-raġuni u lanqas is-suġġett tal-ilment.

    Minkejja li l-immutabbiltà tas-suġġett u tar-raġuni tat-tilwima bejn l-ilment u r-rikors hija meħtieġa għal ftehim bonarju tat-tilwim, billi l-Awtorità tal-Ħatra tiġi informata, sa mill-istadju tal-ilment, bil-kritiki tal-persuna interessata, l-interpretazzjoni ta’ dawn il-kunċetti ma tistax twassal sabiex tillimita l-possibbiltajiet għall-persuna interessata li tikkontesta b’mod utli deċiżjoni li tikkawżalha preġudizzju.

    Konsegwentement, il-kunċett ta’ suġġett tat-tilwima, li jikkorrispondi mat-talbiet tal-persuna interessata, kif ukoll dak ta’ raġuni tat-tilwima, li jikkorrispondi mal-bażi, ġuridika u fattwali, ta’ dawn it-talbiet, ma għandhomx jiġu interpretati b’mod restrittiv. Is-sempliċi bidla fil-bażi legali ta’ kontestazzjoni ma hijiex biżżejjed sabiex din ikollha raġuni ġdida. Diversi bażijiet legali jistgħu jsostnu pretensjoni waħda u identika u, għalhekk, raġuni waħda u identika. Fi kliem ieħor, il-fatt li jiġi invokat il-ksur ta’ dispożizzjoni speċifika fir-rikors, li ma kienx invokat fl-ilment, ma jimplikax neċessarjament li r-raġuni tat-tilwima ġiet, minħabba f’hekk, emendata. Għandha ssir, effettivament, enfasi fuq is-sustanza tal-imsemmija raġuni u mhux biss fuq il-formulazzjoni tal-bażijiet legali tagħha, u l-qorti tal-Unjoni għandha tivverifika jekk teżistix rabta stretta bejn il-bażijiet legali tagħha u jekk dawn humiex relatati essenzjalment mal-istess talbiet.

    (ara l-punti 32‑40)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 41‑46)

  3.  Skont l-Artikolu 277 TFUE, hija biss il-qorti li tista’ tikkonstata l-illegalità ta’ att ta’ portata ġenerali u tieħu l-konsegwenzi tal-inapplikabbiltà li jirriżulta minn dan f’dak li jirrigwarda l-att ta’ portata individwali kkontestat quddiemha, peress li l-istituzzjoni li l-ilment huwa indirizzat lejha ma tingħatax tali kompetenza mit-Trattati.

    L-istituzzjoni tista’ tirtira jew tħassar att ta’ portata ġenerali li hija l-awtur tiegħu, fl-ipotezi li hija tqis li dan l-att huwa vvizzjat b’illegalità, iżda tali rtirar, jew tali abrogazzjoni, ma humiex ekwivalenti għall-konstatazzjoni ta’ illegalità, u għall-effetti li jirriżultaw minnu, li tista’ tagħmel il-qorti biss konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 277 TFUE. F’tali ċirkustanzi, ir-rekwiżit formali li titpoġġa fil-konoxxenza tal-istituzzjoni, fil-kuntest ta’ lment, eċċezzjoni ta’ illegalità ta’ att ta’ portata ġenerali bil-piena ta’ inammissibbilà ulterjuri ta’ din l-istess eċċezzjoni quddiem il-qorti tal-Unjoni, hija kuntrarja għall-istruttura u għar-raġuni tal-eċċezzjoni ta’ illegalità.

    L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ma għandux l-għan li jbiddel is-sistema ta’ stħarriġ ġudizzjarju prevista mit-Trattati, u b’mod partikolari r-regoli dwar l-ammissibbiltà tar-rikorsi magħmula direttament quddiem il-qorti tal-Unjoni.

    Il-possibbiltà li tiġi invokata eċċezzjoni ta’ illegalità fil-każ ta’ tilwima bejn membru tal-persunal u istituzzjoni hija suġġetta għall-osservanza ta’ diversi kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà: fir-rigward ta’ rimedju inċidentali, dan jippreżumi li jkun ġie ppreżentat rikors prinċipali, li jkun indirizzat lejn deċiżjoni li tikkawża preġudizzju lill-uffiċjal, li dan ir-rikors prinċipali jkun ammissibbli, li l-membru tal-persunal ma setax jitlob l-annullament tal-att ta’ portata ġenerali li jikkostitwixxi l-bażi tad-deċiżjoni li tikkawżalu preġudizzju, u li teżisti biżżejjed rabta ta’ konnessjoni bejn l-att ta’ portata ġenerali u d-deċiżjoni individwali kkontestata. Madankollu, is-sistema legali tal-eċċezzjoni ta’ illegalità u, b’mod partikolari, il-kunsiderazzjonijiet marbuta mal-fatt li hija biss il-qorti li tista’ tikkonstata l-inapplikabbiltà ta’ att ta’ portata ġenerali, iwasslu sabiex jitqies li l-fatt li din titqajjem qabel fl-istadju tal-ilment ma jistax jikkostitwixxi kundizzjoni ta’ ammissibbiltà addizzjonali.

    In-natura inċidentali tal-eċċezzjoni ta’ illegalità ma tagħmilhiex impossibbli li tali eċċezzjoni titqajjem fl-istadju tal-ilment. Madankollu, il-fatt li l-membru tal-persunal ikun jista’ jqajjem tali eċċezzjoni fl-istadju tal-ilment ma jimplikax li huwa jkollu jagħmel dan taħt piena ta’ inammissibbiltà sussegwenti ta’ tali motiv quddiem il-qorti tal-Unjoni.

    (ara l-punti 49, 55, 56, 66‑68, 70)

  4.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 72)