Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 – Boomkwekerij van Rijn-de Bruyn vs OCVV – Artevos (Oksana)
(Kawża T-167/14)
“Varjetajiet ta’ pjanti - Pprotezzjoni Komunitarja tal-varjetajiet ta’ pjanti - Applikazzjoni għall-protezzjoni Komunitarja ta’ varjetajiet ta’ lanġas Oksana - Oġġezzjonijiet - Ċaħda tal-applikazzjoni tal-Bord tal-Appell tas-CPVO - Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 2100/94 - Oriġinalità ta’ varjetà li għaliha tkun saret applikazzjoni - Assenza ta’ prova”
|
1. |
Agrikoltura – Leġiżlazzjonijiet uniformi – Drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti – Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju Komunitarju ta’ Varjetajiet tal-Pjanti jew tal-Bordijiet tal-Appell tiegħu– Stħarriġ ġudizzjarju – Portata – Limiti (Regolament tal-Kunsill Nru 2100/94, Artikolu 73) (ara l-punti 30, 69-71) |
|
2. |
Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Prinċipju ta’ kontradittorju – Portata – Neċessità li jinstemgħu l-partijiet fuq kull punt tal-evalwazzjoni ġuridika – Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 2100/94, Artikolu 75) (ara l-punt 40) |
|
3. |
Agrikoltura – Leġiżlazzjonijiet uniformi – Drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Rikors ippreżentat kontra deċiżjoni tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti u mibgħut quddiem il-Bord tal-Appell – Investigazzjoni ex officio tal-fatti (Regolament tal-Kunsill Nru 2100/94, Artikoli 54, 55 u 76) (ara l-punt 73) |
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell taċ-CPVO tat-2 ta’ Lulju 2014 (Każ A 007/2013), dwar l-għoti tad-drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti għall-varjetà ta’ lanġas Oksana.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Boomkwekerij van Rijn-de Bruyn BV għandha tbati l-ispejjeż. |