Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Niche Generics vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-701/14)

“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-perindopril, prodott mediċinali intiż għall-kura tal-mard kardjovaskulari, fil-verżjonijiet tal-bidu u ġeneriċi tiegħu – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Ftehim ta’ riżoluzzjoni bonarja tat-tilwimiet fil-qasam tal-privattivi – Proċedura amministrattiva – Protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti – Kompetizzjoni potenzjali – Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan – Neċessità oġġettiva tar-restrizzjoni – Konċiljazzjoni bejn dritt tal-kompetizzjoni u dritt tal-privattivi – Kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni tal-Artikolu 101(3) TFUE – Multi – Limitu ta’ 10 % –Imputazzjoni tal-aġir li jikkostitwixxi ksur”

1. 

Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Risposta – Rekwiżiti formali –Firma manuskritta – Preżentata u notifika elettroniċi tal-atti proċedurali

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (1991), Artikolu 43)

(ara l-punti 44-46)

2. 

Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Kumitat Konsultattiv fuq il-Prattiċi Restrittivi u l-Monopolji – Obbligu ta’ konsultazzjoni – Formalità essenzjali – Portata

(Artikoli 101 u 102 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 14)

(ara l-punti 49-52)

3. 

Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Setgħat ta’ verifika tal-Kummissjoni – Setgħa li tordna l-preżentazzjoni ta’ komunikazzjoni bejn avukat u klijent – Limiti – Protezzjoni tal-kunfidenzjalità ta’ tali komunikazzjoni – Rinunzja għall-kunfidenzjalità

(Artikolu 101 TFUE ; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 2, 17 u 19)

(ara l-punti 58-67)

4. 

Akkordji – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Klassifikazzjoni ta’ impriża bħala kompetitur potenzjali – Possibbilitajiet reali u konkreti ta’ dħul fis-suq – Kriterji – Element essenzjali – Kapaċità tal-impriża li tidħol fis-suq rilevanti – Dħul suffiċjentement mgħaġġel – Perċezzjoni tal-operaturi preżenti fis-suq

(Artikolu 101(1) TFUE)

(ara l-punti 73-87)

5. 

Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti formali – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Motivi ta’ dritt li ma ġewx ippreżentati fir-rikors – Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra annessi mar-rikors – Inammissibbiltà

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (1991), Artikolu 44(1)(ċ) u (d))

(ara l-punti 113-116)

6. 

Akkordji – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Klassifikazzjoni ta’ impriża bħala kompetitur potenzjali – Kriterji – Element essenzjali – Kapaċità tal-impriża li tidħol fis-suq rilevanti – Impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi – Ostakoli marbuta mal-privattivi tal-laboratorju ta’ verżjonijiet tal-bidu kif ukoll mad-diffikultajiet tekniċi, leġiżlattivi jew finanzjarji tal-impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi –Possibbiltajiet reali u konkreti li jingħelbu dawn id-diffikultajiet u li wieħed jidħol fis-suq rilevanti

(Artikolu 101(1) TFUE)

(ara l-punti 117-183)

7. 

Akkordji – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Distinzjoni bejn ksur minħabba l-għan u ksur minħabba r-riżultat – Ksur minħabba l-għan – Grad suffiċjenti ta’ dannu – Evalwazzjoni

(Artikolu 101(1) TFUE)

(ara l-punti 217, 218, 227-230)

8. 

Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae – Ftehimiet bonarji fil-qasam tal-privattivi – Inklużjoni –Ibbilanċjar tad-dritt tal-privattivi u tar-regoli tal-kompetizzjoni

(Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003)

(ara l-punti 232-250)

9. 

Akkordji – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Ftehimiet bonarji fil-qasam tal-privattivi – Ftehim konkluż bejn laboratorju ta’ verżjonijiet tal-bidu u impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi – Ftehim li fih klawżoli ta’ nuqqas ta’ kontestazzjoni ta’ privattivi u ta’ nuqqas ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti – Ħlas invertit li jagħti inċentiv riċevut mill-impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi – Restrizzjoni minħabba l-għan

(Artikolu 101(1) TFUE)

(ara l-punti 255-287)

10. 

Akkordji – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Ftehimiet bonarji fil-qasam tal-privattivi – Ftehim konkluż bejn laboratorju ta’ verżjonijiet tal-bidu u impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi – Ftehim li fih klawżoli ta’ nuqqas ta’ kontestazzjoni ta’ privattivi u ta’ nuqqas ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti – Ħlas riċevut mill-impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi – Klassifikazzjoni bħala ħlas invertit li jagħti inċentiv – Kundizzjonijiet

(Artikolu 101(1) TFUE)

(ara l-punti 291-300)

11. 

Akkordji – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Restrizzjoni anċillari – Kunċett – Restrizzjoni neċessarja għat-twettiq ta’ operazzjoni prinċipali li ma għandhiex natura antikompetittiva – Operazzjoni prinċipali li tikkostitwixxi restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan – Nuqqas ta’ applikabbiltà tat-teorija tar-restrizzjonijiet anċillari fil-preżenza ta’ ħlas invertit li jagħti inċentiv

(Artikolu 101(1) TFUE)

(ara l-punti 310-320)

12. 

Rikors għal annullament – Suġġett – Deċiżjoni bbażata fuq diversi punti ta’ raġunament, li kollha huma suffiċjenti sabiex id-dispożittiv ikun ibbażat fuqhom – Annullament ta’ deċiżjoni bħal din – Kundizzjonijiet

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 323-327)

13. 

Akkordji – Projbizzjoni – Eżenzjoni – Kundizzjonijiet – Titjib tal-produzzjoni jew tad-distribuzzjoni ta’ prodotti jew kontribuzzjoni għall-progress tekniku jew ekonomiku – Vantaġġi oġġettivi kbar tali li jikkumpensaw l-inkonvenjenzi li jirriżultaw minn ftehim dwar il-kompetizzjoni – Oneru tal-prova – Natura kumulattiva tal-kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni

(Artikolu 101(1) u (3) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2)

(ara l-punti 338-358)

14. 

Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Iffissar tal-ammont bażiku – Nuqqas ta’ applikazzjoni tal-metodoloġija prevista mil-linji gwida – Ksur tal-prinċipju ta' ugwaljanza fit-trattament – Assenza

(Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punti 13 u 37)

(ara l-punti 369-404)

15. 

Drittijiet fundamentali – Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Prinċipju ta’ nullum crimen, nulla poena sine lege – Portata –Prevedibbiltà tan-natura ta’ ksur tal-aġir issanzjonat – Ftehim bonarju fil-qasam tal-privattivi konkluż bejn laboratorju ta’ verżjonijiet tal-bidu u impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi –Ftehim li jmur kontra d-dritt tal-kompetizzjoni – Impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi li ma setgħetx ma tkunx konxja min-natura antikompetittiva tal-aġir tagħha

(Artikolu 101(1) TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 49(1))

(ara l-punti 428-454)

16. 

Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Aġġustament tal-ammont bażiku – Ċirkustanzi attenwanti – Parteċipazzjoni allegatament forzata – Ċirkustanza li ma tikkostitwixxix fatt ġustifikattiv għal impriża li ma użatx il-possibbiltà ta’ denunzja lill-awtoritajiet kompetenti

(Artikolu 101(1) TFUE; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 29)

(ara l-punt 460)

17. 

Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Obbligu għall-Kummissjoni li timxi mal-prassi deċiżjonali preċedenti tagħha – Assenza

(Artikolu 101 TFUE)

(ara l-punt 461)

18. 

Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Aġġustament tal-ammont bażiku – Ċirkustanzi attenwanti – Kooperazzjoni tal-impriża inkriminata barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar il-klemenza – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 29)

(ara l-punti 475-484)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4955 finali tad-9 ta’ Lulju 2014 dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE (Każ AT.39612 – Perindopril (Servier)), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti u, sussidjarjament, għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet imposta kontriha permeżż tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Niche Generics Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.