Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-28 ta ’ Ġunju 2016 – AF Steelcase vs EUIPO

(Kawża T‑652/14)

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista u installazzjoni ta’ għamara u ta’ aċċessorji fil-bini tal-EUIPO — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Rikors għal annullament — Deċiżjoni ta’ għoti — Assenza ta’ interess dirett — Inammissibbiltà — Obbligu ta’ motivazzjoni — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Proporzjonalità — Sistema ta’ esklużjoni ta’ offerti — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Dannu materjali — Dannu morali”

1. 

Rikors għal annullament — Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni — Talbiet intiżi li tinkiseb ordni indirizzata lil istituzzjoni — Inammissibbiltà (Artikoli 263 TFUE, 264 TFUE u 266 TFUE) (ara l-punti 36, 37)

2. 

Drittijiet fundamentali — Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Dritt għal amministrazzjoni tajba — Portata — Invokazzjoni minn persuna ġuridika — Ammissibbiltà (Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41) (ara l-punti 42, 57)

3. 

Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, li ma tintgħażilx offerta — Evalwazzjoni fid-dawl tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tar-rikorrent fil-mument tal-preżentata tar-rikors (Artikolu 296 TFUE; Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2)(ċ); Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 966/2012, Artikolu 113(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 1268/2012, Artikolu 161(2)) (ara l-punti 43-46)

4. 

Rikors għal annullament — Motivi — Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni — Motiv distint minn dak li jirrigwarda l-legalità fil-mertu (Artikoli 263 TFUE u 296 TFUE) (ara l-punt 47)

5. 

Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti — Obbligu, għal istituzzjoni, li teżerċita d-dritt tagħha li tikkuntattja lil offerent wara l-ftuħ tal-offerti — Kundizzjoni — Eżerċizzju b’osservanza tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba, ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ proporzjonalità u ta’ ċertezza legali — Possibbiltà li jinbidlu t-termini tal-offerta tal-imsemmi offerent — Esklużjoni (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 966/2012, Artikoli 96(2) u 102; Regolament tal-Kummissjoni Nru 1268/2012, Artikoli 158(3) u 160(3)) (ara l-punti 63-65)

6. 

Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Għoti ta’ kuntratti — Caħda tal-offerti li ma humiex konformi mas-suġġett tal-kuntratt — Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — Assenza (Regolament tal-Kummissjoni Nru 1268/2012, Artikolu 158(3)) (ara l-punti 75, 76, 78, 79)

7. 

Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Eżami ex officio mill-qorti tal-Unjoni (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 86)

8. 

Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Inċidenza diretta — Kriterji — Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ offerta ta’ offerent qabel il-fażi ta’ għoti ta’ kuntratt — Rikors tal-offerent eskluż ippreżentat kontra d-deċiżjoni ta’ għoti — Assenza ta’ interess dirett — Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 89-92)

9. 

Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Illegalità — Dannu — Rabta kawżali — Assenza ta’ waħda minn dawn il-kundizzjonijiet — Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punt 96)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EUIPO tat-8 ta’ Lulju 2014 li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti li tirrigwarda l-provvista u l-installazzjoni ta’ għamara u ta’ aċċessorji fil-bini tal-EUIPO (ĠU 2014/S 023‑035020) u tad-deċiżjonijiet konnessi mad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-offerta tar-rikorrenti, inkluża, jekk ikun il-każ, id-deċiżjoni ta’ għoti, kif ukoll talba għall-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti fl-istadju ta’ qabel id-deċiżjoni tat-8 ta’ Lulju 2014 u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-danni li r-rikorrenti allegatament ġarrbet.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

AF Steelcase, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.