Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-21 ta ’ Mejju 2015 —

Urb Rulmenti Suceava vs UASI – Adiguzel (URB)

(Kawża T‑635/14)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja figurattiva URB — Applikazzjoni għal trade mark nazzjonali preċedenti URB, trade mark nazzjonali kollettiva verbali preċedenti URB, trade mark nazzjonali kollettiva figurattiva preċedenti URB u trade marks figurattivi internazzjonali preċedenti URB — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ mala fide tal-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja — Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ awtorizzazzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks preċedenti — Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 — Assenza ta’ ksur tal-Artikolu 22(3) u tal-Artikolu 72(1) tar-Regolament Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Raġunijiet assoluti ta’ invalidità — Applikant in mala fede fil-mument tal-preżentata tal-applikazzjoni għal trade mark — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Teħid inkunsiderazzjoni tal-fatturi rilevanti kollha eżistenti fil-mument tal-preżentata tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 52(1)(b)) (ara l-punti 30-34, 45)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Ġunju 2014 (Każ R 1974/2013-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Urb Rulmenti Suceava SA u Harun Adiguzel.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Urb Rulmenti Suceava SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

3) 

Harun Adiguzel għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.