Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ Mejju 2017 –
Sotiropoulou et vs Il-Kunsill

(Kawża T-531/14)

“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Politika ekonomika u monetarja – Deċiżjonijiet indirizzati lil Stat Membru bil-għan li tiġi rrimedjata sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv – Tnaqqis u twaqqif ta’ drittijiet tal-pensjoni fil-Greċja – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi”

1. 

Rikors għad-danni – Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Limiti – Ġurisdizzjoni sabiex tisma’ talba għall-kumpens għad-dannu allegatament ikkawżat minn deċiżjoni imputabbli lill-Kunsill – Inklużjoni

(Artikolu 268 TFUE u t-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 340 TFUE)

(ara l-punti 56-60)

2. 

Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali – Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet – Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu

(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

(ara l-punti 64, 65)

3. 

Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Kunċett – Prinċipji ta’ kompetenzi attribwiti u ta’ sussidjarjetà – Esklużjoni

(Artikolu 5(2) u (3) TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

(ara l-punti 69-72)

4. 

Politika ekonomika u monetarja – Politika ekonomika – Proċedura ta’ kontroll tad-defiċits pubbliċi eċċessivi – Deċiżjonijiet tal-Kunsill indirizzati lil Stat Membru li jkollu defiċit eċċessiv sabiex tissaħħaħ u tiġi approfondita s-sorveljanza baġitarja u li jintimawh sabiex jieħu miżuri bil-għan li jitnaqqas id-defiċit – Ksur tal-prinċipji ta’ kompetenzi attribwiti u ta’ sussidjarjetà – Assenza

(Artikoli 5(2) u (3) TFUE, 126(9) TFUE u 136 TFUE; deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/320 u 2011/734)

(ara l-punti 73, 74)

5. 

Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni – Rekwiżit ta’ nuqqas ta’ osservanza manifest u gravi, mill-istituzzjonijiet, tal-limiti imposti fuq is-setgħa diskrezzjonali tagħhom – Deċiżjonijiet tal-Kunsill li jintimaw lil Stat Membru li jkollu defiċit eċċessiv sabiex jieħu miżuri bil-għan li jnaqqas id-defiċit, li jinkludu b’mod partikolari t-tnaqqis u t-twaqqif ta’ drittijiet għall-pensjoni f’dan l-Istat Membru – Ġustifikazzjoni tal-miżuri permezz tal-ħtieġa li jiġu żgurati r-ristrutturazzjoni tal-baġit, it-tnaqqis tal-ispejjeż pubbliċi, is-sostenn tas-sistema ta’ pensjoni kif ukoll id-dixxiplina baġitarja u l-istabbiltà finanzjarja taż-żona tal-euro – Assenza ta’ restrizzjoni mhux ġustifikata u sproporzjonata tad-drittijiet ta’ aċċess għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u għas-servizzi soċjali – Nuqqas ta’ involviment tar-responsabbiltà tal-Unjoni

(Artikoli 126(9) TFUE u 136 TFUE, u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 34 u 52(1); Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/320 u 2011/734)

(ara l-punti 77-79, 81, 83-91)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbu b’konsegwenza tal-adozzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill indirizzati lir-Repubblika Ellenika b’attivazzjoni tal-mekkaniżmu previst fl-Artikolu 126 TFUE.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Leïmonia Sotiropoulou u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jinsab fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż.

3) 

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.