Kawża T‑463/14
Österreichische Post AG
vs
Il-Kummissjoni Ewropea
“Direttiva 2004/17/KE — Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti fis-setturi tal‑ilma, l-enerġija, it-trasport u s-servizzi postali — Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni li teżenta ċertu servizzi fis-settur postali fl-Awstrija mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17 — Artikolu 30 tad‑Direttiva 2004/17 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-27 ta’ April 2016
Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li teżenta ċertu servizzi fis-settur postali ta’ Stat Membru mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17
(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296, TFUE; Direttiva 2004/17 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Artikolu 30; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/184)
Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport, u tas-servizzi postali – Direttiva 2004/17 – Kamp ta’ applikazzjoni – Kuntratti intiżi għall-provvista ta’ attività li ma hijiex esposta direttament għall-kompetizzjoni fl-Istat Membru kkonċernat – Esklużjoni – Determinazzjoni tal-livell ta’ espożizzjoni għall-kompetizzjoni – Kriterji
(Artikoli 47(2) KE, 55 KE u 95 KE; Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004; Direttiva 2004/17 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, premessi 2, 3, 9 u 40 u Artikolu 30; Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2005/15, premessa 2, u 2014/184, premessa 8)
Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport, u tas-servizzi postali – Direttiva 2004/17 – Kamp ta’ applikazzjoni – Kuntratti intiżi għall-provvista ta’ attività li ma hijiex esposta direttament għall-kompetizzjoni fl-Istat Membru kkonċernat – Esklużjoni – Delimitazzjoni tas-suq inkwistjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti
(Direttiva 2004/17 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Artikolu 30(1))
Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport, u tas-servizzi postali – Direttiva 2004/17 – Kamp ta’ applikazzjoni – Kuntratti intiżi għall-provvista ta’ attività li ma hijiex esposta direttament għall-kompetizzjoni fl-Istat Membru kkonċernat – Esklużjoni – Oneru tal-prova – Obbligu għall-Kummissjoni li twettaq studji u analiżi rigward id-delimitazzjoni tas-suq inkwistjoni – Assenza
(Regolamenti tal-Kunsill Nru 1/2003 u Nru 139/2004; Direttiva 2004/17 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Artikolu 30)
Rikors għal annullament – Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Sostituzzjoni tal-motivazzjoni ta’ deċiżjoni ta’ istituzzjoni – Inammissibbiltà
(Artikoli 263 TFUE u 264 TFUE)
Proċedura ġudizzjarja – Miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura – Miżuri istruttorji – Setgħa diskrezzjonali tal-qorti tal-Unjoni – Portata
[Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (2015), Artikolu 92(1)]
Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport, u tas-servizzi postali – Direttiva 2004/17 – Kamp ta’ applikazzjoni – Kuntratti intiżi għall-provvista ta’ attività li ma hijiex esposta direttament għall-kompetizzjoni fl-Istat Membru kkonċernat – Esklużjoni – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta li teżenta ċertu servizzi fis-settur postali ta’ Stat Membru mill-applikazzjoni tad-Direttiva u li ma tikkunsidrax li l-modi ta’ tqassim postali u dak elettroniku huma sostitwibbli – Ammissibbiltà
(Artikolu 14 TFUE; Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 97/67, 2004/17, Artikolu 30, u 2008/6, premessa 3; Direttiva tal-Kunsill 2010/45, premessa 8; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/184)
Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport, u tas-servizzi postali – Direttiva 2004/17 – Kamp ta’ applikazzjoni – Kuntratti intiżi għall-provvista ta’ attività li ma hijiex esposta direttament għall-kompetizzjoni fl-Istat Membru kkonċernat – Esklużjoni – Delimitazzjoni tas-suq inkwistjoni – Kriterji
(Direttiva 2004/17 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Artikolu 30; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/15, Anness I, Sezzjoni 3)
Rikors għal annullament – Att ikkontestat – Evalwazzjoni tal-legalità fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tal-att
(Artikolu 263 TFUE)
Proċedura ġudizzjarja – Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża – Kundizzjonijiet – Motiv ibbażat fuq elementi rrilevati fil-mori tal-kawża
[Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (1991), Artikolu 48(2)]
Rikors għal annullament – Motivi – Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Motiv distint minn dak li jirrigwarda l-legalità fil-mertu tal-att ikkontestat
(Artikoli 263 TFUE u 296 TFUE)
Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport, u tas-servizzi postali – Direttiva 2004/17 – Kamp ta’ applikazzjoni – Kuntratti intiżi għall-provvista ta’ attività li ma hijiex esposta direttament għall-kompetizzjoni fl-Istat Membru kkonċernat – Esklużjoni – Deċiżjoni tal-Kummissjoni – Evalwazzjoni tal-legalità tal-imsemmija deċiżjoni skont l-informazzjoni disponibbli fil-mument meta hija ġiet adottata
(Direttiva 2004/17 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Artikolu 30)
Proċedura ġudizzjarja – Produzzjoni tal-provi – Terminu – Preżentata tardiva tal-offerti ta’ provi – Kundizzjonijiet
[Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (1991), Artikoli 44(1)(e), 46(1), u 48(1)]
Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra annessi mar-rikors – Inammissibbiltà
[Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (1991), Artikolu 44(1)(ċ)]
Drittijiet fundamentali – Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Dritt għal amministrazzjoni tajba – Dritt għal smigħ – Portata
[Artikolu 6 TFUE; Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2)(a)]
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 20, 46, 50, 83, 197)
Fir-rigward tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, id-deċiżjoni sabiex jiġi stabbilit jekk attività hijiex esposta direttament għall-kompetizzjoni u taqax għaldaqstant taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali, il-kriterji u l metodoloġija użati biex tiġi evalwata l-espożizzjoni diretta għall-kompetizzjoni skont l-Artikolu 30 tal-imsemmija direttiva ma humiex neċessarjament l-istess bħal dawk użati biex titwettaq evalwazzjoni skont l-Artikoli 101 u 102 TFUE jew skont ir-Regolament Nru 139/2004, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi.
Fil-fatt, huwa ċertament minnu li, skont l-Artikolu 30(2) tad-Direttiva 2004/17, id-deċiżjoni sabiex jiġi stabbilit jekk attività hijiex esposta direttament għall-kompetizzjoni għandha tiġi bbażata fuq kriterji li huma konformi mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE dwar il kompetizzjoni. Madankollu, il-kliem ta’ din id-dispożizzjoni ma jirrikjedix illi dawn il-kriterji jkunu speċifikament dawk tad-dispożizzjonijiet fil-qasam tal-kompetizzjoni tal-Unjoni. Barra minn hekk, id-Direttiva 2004/17 ma tagħmilx parti mid-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni. Bħala bażi legali, hija għandha l-Artikolu 47(2) u l-Artikoli 55 u 95 KE. L-għan ewlieni tar regoli tal-Unjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi jikkonsisti fil-moviment liberu ta’ servizzi u l-ftuħ għall-kompetizzjoni mhux distorta fl-Istati Membri kollha, kif jirriżulta b’mod partikolari mill-premessi 2, 3 u 9 tad-Direttiva 2004/17. F’dan ir-rigward, din id-direttiva hija intiża sabiex tiftaħ is-swieq li għalihom hija tapplika għall-kompetizzjoni tal-Unjoni, billi tiffavorixxi l-espressjoni ta’ interess l-iktar wiesgħa possibbli fost l-operaturi ekonomiċi tal-Istati Membri. B’dan il-mod, fil-premessa 8 tad-Deċiżjoni 2014/184, li teżenta ċertu servizzi fis-settur postali fl-Awstrija mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17, isir ġustament riferiment għall-għan tad-Direttiva 2004/17 sabiex tistabbilixxi l-livell ta’ kompetizzjoni effettiva li għandu jintlaħaq sabiex jiġi kkonstatat, skont l-Artikolu 30 ta’ din id-direttiva, li l-provvista ta’ attività hija direttament esposta għall-kompetizzjoni. Barra minn hekk, la l-Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE u lanqas ir-Regolament 139/2004 ma jirreferu għall-kunċett ta’ attività “esposta direttament għal kompetizzjoni” li jinsab fl-Artikolu 30(2) tad-Direttiva 2004/17.
Barra minn hekk, skont il-premessa 2 tad-Deċiżjoni 2005/15, rigward il-modalitajiet ta’ applikazzjoni tal-proċedura prevista fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17, l-eżami tal-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17 għandu jsir esklużivament skont din id-direttiva u ma għandux jaffettwa l-applikazzjoni tar-regoli ta’ kompetizzjoni. Barra minn hekk, mill-premessa 40 ta’ din id-direttiva jirriżulta li l-Artikolu 30 tagħha għandu jipprovdi ċ-ċertezza legali lill-entitajiet kkonċernati u proċess adegwat ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, filwaqt li jiżgura, f’termini qosra, applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni f’dan il-qasam. Dawn il-kunsiderazzjonijiet jikkonfermaw li, fil-kuntest tal eżami ta’ talba li saret taħt l-Artikolu 30 tad Direttiva 2004/17, il-Kummissjoni ma hijiex obbligata tapplika l-kriterji u l-metodi previsti mit-Trattat FUE fil-qasam tal-kompetizzjoni tale quale.
(ara l-punti 26, 28, 29)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 38, 39, 176)
Fil-kuntest tal-proċedura prevista fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-servizzi postali, l-oneru tal-prova relatat mal-fatt li l kundizzjonijiet previsti fl-imsemmija dispożizzjoni huma ssodisfatti jaqa’ fuq min jagħmel it-talba u fuq l-Istat Membru kkonċernat, peress li l-Kummissjoni jkollha biss setgħat limitati fir-rigward tas-setgħat ta’ stħarriġ li huma mogħtija lilha fil kuntest tal-applikazzjoni tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni permezz tar Regolament Nru 1/2003 u permezz tar-Regolament Nru 139/2004, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija obbligata tadotta deċiżjoni definittiva fit terminu previst fl-Artikolu 30(6) ta’ din id-direttiva jekk hija tikkunsidra li l-kundizzjonijiet previsti fil-paragrafu 1 ta’ dan l artikolu ma humiex issodisfatti.
Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma hijiex obbligata li tagħmel l-istudji tagħha rigward id-delimitazzjoni tas-suq inkwistjoni, u lanqas l-analiżi tagħha. Min-naħa l-oħra, huwa min jagħmel it-talba li għandu jipprovdi biżżejjed provi sabiex jiddefinixxi s-suq inkwistjoni.
(ara l-punti 41, 89, 125, 204)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 44)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 44)
Huwa minnu li d-Direttiva 2010/45, li temenda d-Direttiva 2006/112, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tar-regoli dwar il-fatturazzjoni, introduċiet regoli li jipprovdu li, kif jirriżulta mill premessa 8 tad-Direttiva 2010/45, dwar ir-rekwiżiti imposti fir-rigward tat-taxxa fuq il-valur miżjud, il-fatturi stampati u l fatturi elettroniċi għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod. Madankollu, fir-rigward ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata li l-kundizzjoni tal-espożizzjoni diretta għall kompetizzjoni stipulata fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali, ma hijiex issodisfatta fit-territorju ta’ Stat Membru, dan il-fatt ma jurix li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta ma kkunsidratx li l-modi ta’ tqassim postali u dak elettroniku huma sostitwibbli. Fil-fatt, ladarba l-fatturazzjoni elettronika tkun saret obbligatorja de jure fl-Istat Membru kkonċernat fir-relazzjonijiet bejn l-impriżi u l-gvern, il-kwistjoni tas-sostitwibbiltà ma tqumx.
Minbarra dan, fuq il-livell regolamentari, is-servizzi postali u mhux is-servizzi elettroniċi huma rrikonoxxuti bħala servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali fis-sens tal-Artikolu 14 TFUE, kif jirriżulta mill-premessa 3 tad-Direttiva 2008/6, li temenda d-Direttiva 97/67 dwar it-tlestija kompleta tas-suq intern tas-servizzi postali Komunitarji. Skont l-Artikolu 3 tad Direttiva 97/67, dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz, hija l-offerta ta’ servizzi postali li għandha n-natura ta’ servizz universali. Għaldaqstant ma jistax jiġi konkluż li, bħala regola ġenerali, il-fatturi postali u elettroniċi huma assimilati fuq il-livell regolamentari. F’dan ir-rigward, il-fatt li d-Direttiva 2008/6 tikkunsidra, minn perspettiva regolatorja, il-posta ta’ reklamar bl-indirizzat bħala oġġett ta’ korrispondenza ma tippreġġudikax id-definizzjoni korretta tas-suq inkwistjoni fil-kuntest tal-eżami tal Artikolu 30 tad Direttiva 2004/17.
(ara l-punti 53, 54, 168)
Il-kunċett ta’ suq ikkonċernat fis-sens tad-Deċiżjoni 2005/15, rigward il-modalitajiet ta’ applikazzjoni tal-proċedura prevista fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali, jimplika li kompetizzjoni effettiva tista’ teżisti bejn il-prodotti li jagħmlu parti minnu, li jippreżupponi livell suffiċjenti ta’ interkambjabbiltà minħabba l-istess użu bejn il-prodotti kollha li jagħmlu parti mill-istess suq. L-interkambjabbiltà jew is-sostitwibbiltà ma tiġix evalwata biss fid-dawl tal-karatteristiċi oġġettivi tal-prodotti u tas-servizzi inkwistjoni, iżda għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni wkoll il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni u l-istruttura tat-talba u tal-offerta fis-suq.
(ara l-punt 57)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 64, 146)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 127)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 132, 138)
Il-legalità ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni meħuda skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali, għandha tiġi evalwata skont l-informazzjoni li l-Kummissjoni seta’ jkollha fid-dispożizzjoni tagħha meta hija adottatha.
(ara l-punt 142)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 146, 190)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 151, 170, 200)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 188)