Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Lulju 2018 – Furukawa Electric vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-444/14)

“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Ksur uniku u kontinwat – Prova tal-ksur – Tul tal-parteċipazzjoni – Kalkolu tal-ammont tal-multa – Gravità tal-ksur – Ġurisdizzjoni sħiħa”

1. 

Akkordji – Ftehimiet bejn impriżi – Kunċett – Qbil tal-intenzjonijiet fir-rigward tal-aġir li għandu jiġi adottat fis-suq – Inklużjoni – Tkomplija ta’ negozjati dwar ċerti elementi tar-restrizzjoni – Assenza ta’ effett

(Artikolu 101(1) TFUE)

(ara l-punti 54, 57)

2. 

Akkordji – Prattika miftiehma – Kunċett – Skambju ta’ informazzjoni fil-kuntest ta’ akkordju jew għall-finijiet tal-preparazzjoni tiegħu – Inklużjoni – Diskussjonijiet li jippermettu li tiġi eliminata jew imnaqqsa sostanzjalment l-inċertezza fir-rigward tal-aġir tal-operatur fis-suq – Prova insuffiċjenti

(Artikolu 101(1) TFUE)

(ara l-punti 55-57, 75-79)

3. 

Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur – Prova tal-ksur u tat-tul tiegħu li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni – Modalità ta’ prova – Użu ta’ sensiela ta’ indizji – Sensiela ta’ indizji li juru l-eżistenza ta’ ftehim ta’ natura antikompetittiva – Obbligu tal-Kummissjoni li teżamina spjegazzjoni alternattiva plawżibbli tal-aġir inkriminanti – Assenza

(Artikolu 101(1) TFUE)

(ara l-punti 58-60, 89-92)

4. 

Akkordji – Ftehimiet bejn impriżi – Kunċett – Parteċipazzjoni f’laqgħat li għandhom skop antikompetittiv – Inklużjoni – Kundizzjoni – Assenza ta’ ddistakkar fir-rigward tad-deċiżjonijiet meħuda – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Artikolu 101(1) TFUE)

(ara l-punti 87, 88)

5. 

Akkordji – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Ftehim intiż li jipproteġi l-produtturi Ewropej fit-territorju tagħhom minn kompetizzjoni reali jew potenzjali min-naħa ta’ produtturi barranin – Konstatazzjoni suffiċjenti fin-nuqqas ta’ ostakoli insurmontabbli mad-dħul fis-suq Ewropew għal dawn il-produtturi barranin

(Artikolu 101(1) TFUE)

(ara l-punti 93-105)

6. 

Akkordji – Projbizzjoni – Ksur – Ftehimiet u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku – Imputazzjoni ta’ responsabbiltà lil impriża għall-ksur kollu – Kundizzjonijiet – Prattiki u aġir li jikkostitwixxi ksur li jagħmlu parti minn pjan generali – Evalwazzjoni – Dekorrenza ta’ diversi xhur bejn il-manifestazzjonijiet tal-akkordju – Assenza ta’ rilevanza

(Artikolu 101(1) TFUE)

(ara l-punti 115, 116, 140-146)

7. 

Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija omm u sussidjarji – Unità ekonomika – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Eżerċizzju ta’ influwenza determinanti fuq l-aġir tas-sussidjarja li jista’ jiġi dedott minn sensiela ta’ indizji relatati mar-rabtiet ekonomiċi, organizzazzjonali u ġuridiċi mal-kumpannija omm tagħha – Ċirkustanzi li jippermettu li tiġi attestata l-eżistenza ta’ influwenza determinanti – Kontroll effettiv tal-Bord Amministrattiv tas-sussidjarja – Riċezzjoni regolari ta’ informazzjoni dwar l-istrateġija kummerċjali tas-sussidjarja – Dipendenza ekonomika kbira tas-sussidjarja fuq il-kumpannija omm

(Artikolu 101(1) TFUE)

(ara l-punti 117-133)

8. 

Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Aġġustament tal-ammont bażiku – Ċirkustanzi attenwanti – Rwol sekondarju tal-impriża fil-ksur – Esklużjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Avviż tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 29)

(ara l-punt 174)

9. 

Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Preskrizzjoni fil-qasam tal-multi – Bidu tad-dekorrenza – Ksur uniku u kontinwat – Interruzzjoni tal-preskrizzjoni – Adozzjoni tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet

(Artikolu 101(1) TFUE ; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 25)

(ara l-punti 177, 178)

10. 

Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Iffissar tal-ammont bażiku – Determinazzjoni tal-valur tal-bejgħ – Bejgħ imwettaq b’relazzjoni diretta jew indiretta mal-ksur – Valur tal-bejgħ użat sabiex jiġi ddeterminat l-ammont bażiku tal-multa ta’ sussidjarja – Teħid inkunsiderazzjoni tal-bejgħ imwettaq mill-kumpanniji omm – Bejgħ ta’ kumpanniji omm mwettaq f’suq affettwat mill-akkordju – Kumpanniji omm u sussidjarja li jappartjenu għall-istess unità ekonomika – Ammissibbiltà

(Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punti 13 u 18)

(ara l-punti 207-219)

11. 

Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Limiti – Osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Obbligu għall-Kummissjoni li timxi mal-prassi deċiżjonali preċedenti tagħha – Assenza

(Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Avviż tal-Kummissjoni 2006/C 210/02)

(ara l-punti 221-226)

12. 

Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Iffissar tal-ammont bażiku – Gravità tal-ksur – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Irwol tal-impriża fit-tfassil, fil-promozzjoni u fl-implimentazzjoni tal-akkordju

(Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 23(2) u (3); Avviż tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punti 21 u 22)

(ara l-punti 252-259)

13. 

Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Iffissar tal-ammont bażiku – Determinazzjoni tal-valur tal-bejgħ – Bejgħ imwettaq b’relazzjoni diretta jew indiretta mal-ksur – Teħid inkunsiderazzjoni tal-bejgħ globali sabiex jiġi rifless il-piż relattiv ta’ kull impriża fil-ksur

(Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Avviż tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punti 13 u 18)

(ara l-punti 262-269, 272)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 2139 finali tat-2 ta’ April 2014 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim [ŻEE] (Każ AT.39610 – Kejbils tal-Elettriku), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Furukawa Electric Co. Ltd hija kkundannata tħallas, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3) 

Viscas Corp. għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.