Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tad-29 ta’ Jannar 2015 — Blackrock vs UASI (INVESTING FOR A NEW WORLD)

(Kawża T‑59/14)

“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali INVESTING FOR A NEW WORLD — Trade mark ikkostitwita minn slogan pubbliċitarju — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1. 

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade marks li huma kkostitwiti minn slogans ta’ reklamar — Karattru distintiv — Applikazzjoni ta’ kriterji ta’ evalwazzjoni speċifiċi — Inammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 19-21)

2. 

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade marks li huma kkostitwiti minn slogans ta’ reklamar — Diċitura li għandha karattru fantażjuż (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punt 22)

3. 

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade marks li huma kkostitwiti minn slogans ta’ reklamar — Formula promozzjonali ta’ natura li tfaħħar (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 23, 24)

4. 

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade mark verbali INVESTING FOR A NEW WORLD (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 26-41)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal‑31 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 573/2013‑1), fir-rigward ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali INVESTING FOR A NEW WORLD bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Blackrock, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.