16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/40


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2015 – De Nicola vs BEI

(Kawża T-849/14 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Evalwazzjoni annwali - Regoli interni - Proċedimenti ta’ appell - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”))

(2015/C 381/47)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)

Appellat: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: G. Nuvoli u E. Raimond, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (l-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Novembru 2014, De Nicola vs BEI (F-59/09 RENV, ĠabraSP, EU:F:2014:248), u intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Carlo De Nicola għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) fil-kuntest ta’ din il-kawża.


(1)  ĠU C 73, 2.3.2015.