2.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 156/43


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Marzu 2016 – International Gaming Projects vs UASI – Sky (Sky BONUS)

(Kawża T-840/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva Komunitarja Sky BONUS - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti SKY - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Limitazzjoni tal-prodotti msemmija fl-applikazzjoni għat-trade mark - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Inammissibbiltà”))

(2016/C 156/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: International Gaming Projects Ltd (il-Belt Valletta, Malta) (rappreżentanti: M. Garayalde Niño, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sky plc, li kienet British Sky Broadcasting Group plc (Isleworth, ir-Renju Unit) (rappreżentant: J. Barry, solicitor)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Ottubru 2014 (Każ R 2040/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn British Sky Broadcasting Group plc u International Gaming Projects Ltd.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

International Gaming Projects Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 65, 23.2.2015