1.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/55


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2015 – Actega Terra vs UASI – Heidelberger Druckmaschinen (FoodSafe)

(Kawża T-766/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali FoodSafe - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”))

(2016/C 038/73)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Actega Terra GmbH (Lehrte, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Onken, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Heidelberger Druckmaschinen AG (Heidelberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: I. Lins, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Settembru 2014 (Każ R 2440/2013-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Heidelberger Druckmaschinen AG u Actega Terra GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Actega Terra GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 46, 9.2.2015.