8.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 144/43 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2017 – Merck vs EUIPO – Société des produits Nestlé (HEALTHPRESSO)
(Kawża T-747/14) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedura ta’ oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2017/C 144/58)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Merck KgaA (Darmstadt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Best, U. Pfleghar u S. Schäffner, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Société des produits Nestlé SA (Vevey, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: A. Jaeger-Lenz, A. Lambrecht u S. Cobet-Nüse, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-7 ta’ Awwissu 2014 (Każ R 1880/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Société des Produits Nestlé SA u Merck KGaA.
Dispożittiv
1) |
Ma hemmx lok li dan ir-rikors jiġi deċiż. |
2) |
Merck KGaA u Société des Produits Nestlé SA huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll, kull waħda minnhom, għal nofs l-ispejjeż tal- Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO). |