27.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 402/33


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2017 – Vnesheconombank vs Il-Kunsill

(Kawża T-737/14 R)

((“Miżuri provviżorji - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))

(2017/C 402/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Bank for Development and Foreign Economic Affairs (Vnesheconombank) (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: J. Viñals Camallonga, J. Iriarte Ángel u L. Barriola Urruticoechea, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Florindo Gijón u P. Mahnič Bruni, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, S. Pardo Quintillán u D. Gauci, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK, tal-31 ta’ Lulju 2014, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 229, p. 13) u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014, tal-31 ta’ Lulju 2014, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 229, p. 1), sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.