21.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 429/25


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ottubru 2015 – Il-Belġju vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-721/14) (1)

((“Rikors għal annullament - Servizzi tal-logħob tal-ażżard online - Protezzjoni tal-konsumaturi u l-ġugaturi u protezzjoni tal-minorenni minn dan il-logħob - Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni - Atti li ma jistgħux jiġu kkontestati - Inammissibbiltà”))

(2015/C 429/32)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: L. Van den Broeck u M. Jacobs, aġenti, assistiti minn P. Vlaemminck u B. Van Vooren, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Tserepa-Lacombe u F. Wilman, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2014/478/UE, tal-14 ta’ Lulju 2014, dwar prinċipji għall-protezzjoni tal-konsumaturi u l-ġugaturi ta’ servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn u għall-protezzjoni tal-minorenni mil-logħob tal-azzard onlajn (ĠU L 214, p. 38).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet tal-intervent tar-Repubblika Ellenika u tar-Repubblika Portugiża.

3)

Ir-Renju tal-Belġju għandu jbati l-ispejjeż tiegħu, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

4)

Ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika Portugiża u l-Kummissjoni għandhom ibatu kull wieħed minnhom l-ispejjeż rispettivi tiegħu relatati mat-talbiet tal-intervent.


(1)  ĠU C 431, 1.12.2014.