26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/35


Digriet tal-Imħallef għal miżuri provviżorji tas-27 ta’ Ottubru 2014 – Diktyo Amyntikon Viomichanion Net vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-703/14 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sussidji - Is-Seba Programm Qafas għall-azzjonijiet ta’ riċerka, tal-iżvilupp teknoloġiku u ta’ demostrazzjoni (2007-2013) - Nota ta’ debitu indirizzata lil kokontraenti - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kawża li ma tagħtix lok għall-adozzjoni ta’ miżuri provviżorji”))

(2015/C 026/45)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Diktyo Amyntikon Viomichanion Net AEVE (Kaisariani, il-Greċja) (rappreżentant: K. Damis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u M. Konstantinidis, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ nota ta’ debitu indirizzata lir-rikorrenti fil-kuntest ta’ ftehim ta’ sussidju u ta’ kull att ieħor konness.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.